EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0077

Kawża C-77/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Digi Távközlési és Szolgáltató Kft. vs Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali – Regolament (UE) 2016/679 – Artikolu 5(1)(b) u (e) – Prinċipju tal-“limitazzjoni tal-iskopijiet” – Prinċipju tal-“limitazzjoni tal-ħżin” – Ħolqien, minn database eżistenti, ta’ database sabiex isiru testijiet u sabiex jiġu kkoreġuti żbalji – Ipproċessar ulterjuri tad-data – Kompatibbiltà tal-ipproċessar ulterjuri ta’ din id-data mal-iskopijiet tal-ġbir inizjali – Perijodu ta’ ħżin fid-dawl ta’ dawn l-iskopijiet)

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/10


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Fővárosi Törvényszék – l-Ungerija) – Digi Távközlési és Szolgáltató Kft. vs Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság

(Kawża C-77/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni ta’ persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali - Regolament (UE) 2016/679 - Artikolu 5(1)(b) u (e) - Prinċipju tal-“limitazzjoni tal-iskopijiet” - Prinċipju tal-“limitazzjoni tal-ħżin” - Ħolqien, minn database eżistenti, ta’ database sabiex isiru testijiet u sabiex jiġu kkoreġuti żbalji - Ipproċessar ulterjuri tad-data - Kompatibbiltà tal-ipproċessar ulterjuri ta’ din id-data mal-iskopijiet tal-ġbir inizjali - Perijodu ta’ ħżin fid-dawl ta’ dawn l-iskopijiet)

(2022/C 472/11)

Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

Qorti tar-rinviju

Fővárosi Törvényszék

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Digi Távközlési és Szolgáltató Kft.

Konvenut: Nemzeti Adatvédelmi és Információszabadság Hatóság

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 5(1)(b) tar-Regolament (UE) 2016/679 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ April 2016 dwar il-protezzjoni tal-persuni fiżiċi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ data personali u dwar il-moviment liberu ta’ tali data, u li jħassar id-Direttiva 95/46/KE (Regolament Ġenerali dwar il-Protezzjoni tad-Data)

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-prinċipju tal-“limitazzjoni tal-iskopijiet”, previst f’din id-dispożizzjoni, ma jipprekludix ir-reġistrazzjoni u l-ħżin mill-kontrollur, f’database maħluqa għall-finijiet tat-twettiq ta’ testijiet u ta’ korrezzjoni ta’ żbalji, ta’ data personali miġbura preċedentement u maħżuna f’database oħra, meta tali pproċessar ulterjuri jkun kompatibbli mal-iskopijiet speċifiċi li għalihom id-data personali kienet inizjalment inġabret, u dan għandu jiġi stabbilit fid-dawl tal-kriterji msemmija fl-Artikolu 6(4) ta’ dan ir-regolament.

2)

L-Artikolu 5(1)(e) tar-Regolament 2016/679

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

il-prinċipju tal-“limitazzjoni tal-ħżin”, previst f’din id-dispożizzjoni, jipprekludi l-ħżin mill-kontrollur, f’database maħluqa għall-finijiet tat-twettiq ta’ testijiet u ta’ korrezzjoni ta’ żbalji, ta’ data personali miġbura preċedentement għal skopijiet oħra, għal perijodu li jeċċedi dak li huwa neċessarju għat-twettiq ta’ dawn it-testijiet u għall-korrezzjoni ta’ dawn l-iżbalji.


(1)  ĠU C 182, 10.5.2021.


Top