EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CA0068

Kawżi magħquda C-68/21 u C-84/21: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Iveco Orecchia SpA vs APAM Esercizio SpA (C/68/21), Brescia Trasporti SpA (C-84/21), (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet – Vetturi bil-mutur – Direttiva 2007/46/KE – Speċifikazzjonijiet tekniċi – Offerta ta’ provvista ta’ partijiet ta’ bdil ekwivalenti għall-oriġinali ta’ marka preċiża – Assenza ta’ prova ta’ approvazzjoni – Dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza għall-oriġinal mill-offerent – Kunċett ta’ “manifattur” – Mezzi ta’ prova – Kuntratti pubbliċi – Direttiva 2014/25/UE)

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 9–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/9


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-27 ta’ Ottubru 2022 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Iveco Orecchia SpA vs APAM Esercizio SpA (C/68/21), Brescia Trasporti SpA (C-84/21),

(Kawżi magħquda C-68/21 u C-84/21) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Approssimazzjoni tal-leġiżlazzjonijiet - Vetturi bil-mutur - Direttiva 2007/46/KE - Speċifikazzjonijiet tekniċi - Offerta ta’ provvista ta’ partijiet ta’ bdil ekwivalenti għall-oriġinali ta’ marka preċiża - Assenza ta’ prova ta’ approvazzjoni - Dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza għall-oriġinal mill-offerent - Kunċett ta’ “manifattur” - Mezzi ta’ prova - Kuntratti pubbliċi - Direttiva 2014/25/UE)

(2022/C 472/10)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Qorti tar-rinviju

Consiglio di Stato

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Iveco Orecchia SpA

Konvenuti: APAM Esercizio SpA (C/68/21), Brescia Trasporti SpA (C-84/21)

Fil-preżenza ta’: Veneta Servizi International Srl unipersonale, VAR Srl, Di Pinto & Dalessandro SpA, Bellizzi Srl

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 10(2), l-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru),

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

jipprekludu li awtorità kontraenti tkun tista’ taċċetta, fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti għall-provvista ta’ partijiet ta’ bdil għal karozzi tal-linja intiżi għas-servizz pubbliku, offerta li tipproponi komponenti li jaqgħu taħt it-tip ta’ komponent imsemmi mill-atti regolatorji li jinsabu fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46, mingħajr ma tkun akkumpanjata minn dan iċ-ċertifikat li jiddikjara l-approvazzjoni ta’ dan it-tip ta’ komponent u mingħajr ma jipprovdi informazzjoni dwar l-eżistenza effettiva ta’ tali approvazzjoni, sa fejn dawn l-atti regolatorji jipprevedu tali approvazzjoni.

2)

L-Artikoli 60 u 62 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist [għoti ta’ kuntratti] minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija u s-servizzi postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE,

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

fid-dawl tad-definizzjoni tal-kelma “kostruttur”, li tinsab fil-punt 27 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2007/46, jipprekludu li awtorità kontraenti tkun tista’ taċċetta, fil-kuntest ta’ sejħa għal offerti intiża għall-provvista ta’ partijiet ta’ bdil għal karozzi tal-linja intiżi għas-servizz pubbliku, bħala prova tal-ekwivalenza ta’ komponenti, li jaqgħu taħt l-atti regolatorji msemmija fl-Anness IV tad-Direttiva 2007/46 u proposti mill-offerent, dikjarazzjoni ta’ ekwivalenza maħruġa minn dan l-offerent, meta dan tal-aħħar ma jistax jitqies bħala l-manifattur ta’ dawn il-komponenti.


(1)  ĠU C 128, 12.4.2021.

ĠU C 2, 3.1.2022.


Top