EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0604

Kawża C-604/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – ROI Land Investments Ltd. vs FD (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili – Regolament (UE) Nru 1215/2012 – Artikolu 6 – Konvenut li ma għandux id-domiċilju tiegħu fi Stat Membru – Artikolu 17 – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mal-konsumaturi – Kunċett ta’ “attività professjonali” – Artikolu 21 – Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti individwali ta’ xogħol – Kunċett ta’ “persuna li timpjega” – Rabta ta’ subordinazzjoni – Regolament (KE) Nru 593/2008 – Liġi applikabbli – Artikolu 6 – Kuntratt individwali ta’ xogħol – Ftehim ta’ garanzija konkluż bejn il-ħaddiem u kumpannija terza li tiżgura l-eżekuzzjoni tal-obbligi tal-persuna li timpjega fil-konfront ta’ dan il-ħaddiem)

ĠU C 472, 12.12.2022, p. 6–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 472/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesarbeitsgericht – il-Ġermanja) – ROI Land Investments Ltd. vs FD

(Kawża C-604/20) (1)

(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji ċivili - Regolament (UE) Nru 1215/2012 - Artikolu 6 - Konvenut li ma għandux id-domiċilju tiegħu fi Stat Membru - Artikolu 17 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti konklużi mal-konsumaturi - Kunċett ta’ “attività professjonali” - Artikolu 21 - Ġurisdizzjoni fil-qasam tal-kuntratti individwali ta’ xogħol - Kunċett ta’ “persuna li timpjega” - Rabta ta’ subordinazzjoni - Regolament (KE) Nru 593/2008 - Liġi applikabbli - Artikolu 6 - Kuntratt individwali ta’ xogħol - Ftehim ta’ garanzija konkluż bejn il-ħaddiem u kumpannija terza li tiżgura l-eżekuzzjoni tal-obbligi tal-persuna li timpjega fil-konfront ta’ dan il-ħaddiem)

(2022/C 472/07)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Bundesarbeitsgericht

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: ROI Land Investments Ltd.

Konvenut: FD

Dispożittiv

1)

L-Artikolu 21(1)(b)(i) u l-Artikolu 21(2) tar-Regolament (UE) Nru 1215/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta’ Diċembru 2012 dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

ħaddiem jista’ jressaq quddiem il-qorti tal-aħħar post fejn jew minn fejn huwa wettaq abitwalment ix-xogħol tiegħu lil persuna, li jkollha jew li ma jkollhiex id-domiċilju tagħha fit-territorju ta’ Stat Membru, li magħha ma huwiex marbut b’kuntratt ta’ xogħol formali iżda li hija, bis-saħħa ta’ ftehim ta’ garanzija li fuqu kienet tiddependi l-konklużjoni tal-kuntratt ta’ xogħol ma’ terz, direttament responsabbli fil-konfront ta’ dan il-ħaddiem għall-eżekuzzjoni tal-obbligi ta’ dan it-terz, kemm-il darba jkun hemm rabta ta’ subordinazzjoni bejn din il-persuna u l-ħaddiem.

2)

L-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1215/2012

għandu jiġi interpretat fis-sens li:

ir-riżerva marbuta mal-applikazzjoni tal-Artikolu 21(2) ta’ dan ir-regolament teskludi li qorti ta’ Stat Membru tista’ tibbaża ruħha fuq ir-regoli ta’ dan l-Istat fil-qasam tal-ġurisdizzjoni f’sitwazzjoni fejn ikunu ssodisfatti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni ta’ dan l-Artikolu 21(2), u dan anki jekk dawn ir-regoli jkunu iktar favorevoli għall-ħaddiem. Għall-kuntrarju, meta ma jkunux issodisfatti l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni la tal-imsemmi Artikolu 21(2) u lanqas ta’ xi waħda mid-dispożizzjonijiet l-oħra elenkati fl-Artikolu 6(1) tal-imsemmi regolament, tali qorti tkun libera, konformement ma’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar, li tapplika l-imsemmija regoli sabiex tiddetermina l-ġurisdizzjoni.

3)

L-Artikolu 17(1) tar-Regolament Nru 1215/2012 u l-Artikolu 6(1) tar-Regolament (KE) Nru 593/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 dwar il-liġi applikabbli għall-obbligazzjonijiet kuntrattwali (Ruma I)

għandhom jiġu interpretati fis-sens li:

il-kunċett ta’ “attività professjonali” ma jkoprix biss attività bħala persuna li taħdem għal rasha iżda wkoll attività bħala persuna impjegata. Barra minn hekk, ftehim konkluż bejn il-ħaddiem u persuna terza għall-persuna li timpjega msemmija fil-kuntratt ta’ xogħol, li bis-saħħa tiegħu din il-persuna terza tkun direttament responsabbli fil-konfront tal-ħaddiem għall-obbligi ta’ din il-persuna li timpjega li joħorġu mill-kuntratt ta’ xogħol, ma jikkostitwixxix kuntratt konkluż lil hinn u indipendentement minn kull attività jew finalità ta’ natura professjonali għall-finijiet tal-applikazzjoni ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.


(1)  ĠU C 44, 8.2.2021


Top