Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 52022XC1129(01)

Avviż dwar il-provi tal-oriġini validi għall-prodotti li joriġinaw mill-Kosta tal-Avorju mal-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea mit-2 ta’ Diċembru 2022, skont il-Ftehim interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra 2022/C 452/06

PUB/2022/1461

ĠU C 452, 29.11.2022, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

29.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 452/22


Avviż dwar il-provi tal-oriġini validi għall-prodotti li joriġinaw mill-Kosta tal-Avorju mal-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea mit-2 ta’ Diċembru 2022, skont il-Ftehim interim ta’ Sħubija Ekonomika bejn il-Kosta tal-Avorju, minn naħa, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra

(2022/C 452/06)

Dan l-avviż inħareġ għall-informazzjoni tal-awtoritajiet doganali, tal-importaturi u tal-operaturi ekonomiċi li huma involuti fl-importazzjoni fl-Unjoni Ewropea ta’ prodotti li joriġinaw mill-Kosta tal-Avorju skont il-Ftehim interim ta’ Sħubija Ekonomika (“l-FSE interim”).

F’konformità mal-Artikoli 17(3) u 21(1), il-punti (b) u (c) tal-Protokoll 1 tal-Ftehim interim ta’ Sħubija Ekonomika, u mingħajr preġudizzju għall-eżenzjonijiet previsti fl-Artikoli 17(4) u 26 ta’ dak il-Protokoll, mit-2 ta’ Diċembru 2022 il-prodotti li joriġinaw mill-Kosta tal-Avorju, mal-importazzjoni tagħhom fl-Unjoni Ewropea għandhom jibbenefikaw mit-trattament tariffarju preferenzjali tal-FSE interim biss wara l-preżentazzjoni ta’ dikjarazzjoni tal-oriġini magħmula minn:

(i)

esportatur irreġistrat f’konformità mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-liġi tal-Kosta tal-Avorju;

inkella

(ii)

minn kwalunkwe esportatur għal kwalunkwe konsenja li tikkonsisti minn pakkett wieħed jew iżjed li jkun fihom prodotti oriġinarji li l-valur totali tagħhom ma jkunx aktar minn EUR 6 000.


Fuq