EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0618

Kawża T-618/22: Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2022 – Amazonen-Werke H. Dreyer vs EUIPO (Kombinazzjoni tal-kulur aħdar u oranġjo)

ĠU C 441, 21.11.2022, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/28


Rikors ippreżentat fl-4 ta’ Ottubru 2022 – Amazonen-Werke H. Dreyer vs EUIPO (Kombinazzjoni tal-kulur aħdar u oranġjo)

(Kawża T-618/22)

(2022/C 441/39)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Amazonen-Werke H. Dreyer SE & Co. KG (Hasbergen-Gaste, il-Ġermanja) (rappreżentant: C. Neuhierl, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Disinn kontenzjuż ikkonċernat: ir-reġistrazzjoni internazzjonali tad-disinn figurattiv li jirrappreżenta l-kombinazzjoni tal-kulur aħdar u oranġjo li jindika l-Unjoni Ewropea – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni internazzjonali Nru 1 461 516

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-22 ta’ Lulju 2022 fil-Każ R 2006/2021-5

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top