Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0616

    Kawża T-616/22: Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2022 – Breville vs EUIPO (Tagħmir tat-tisjir)

    ĠU C 441, 21.11.2022, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 441/28


    Rikors ippreżentat fit-3 ta’ Ottubru 2022 – Breville vs EUIPO (Tagħmir tat-tisjir)

    (Kawża T-616/22)

    (2022/C 441/38)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Breville Pty Ltd (Alexandria, l-Awstralja) (rappreżentanti: F. Caruso, G. Grippiotti, M. Pozzi, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Disinn kontenzjuż ikkonċernat: id-disinn Komunitarju Nru 1 444 467-0001

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Ġunju 2022 fil-Każ R 613/2022-3

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tilqa’ r-restitutio in integrum mitlub.

    Motivi invokati

    Żball ta’ liġi fil-kuntest tat-terminu għall-preżentata tal-applikazzjoni għal restitutio in integrum;

    Ksur tal-Artikolu 67(1) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 6/2002.


    Top