EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0601

Kawża T-601/22: Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – Consultora de Telecomunicaciones Optiva Media vs EUIPO – Optiva Canada (OPTIVA MEDIA)

ĠU C 441, 21.11.2022, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/24


Rikors ippreżentat fis-26 ta’ Settembru 2022 – Consultora de Telecomunicaciones Optiva Media vs EUIPO – Optiva Canada (OPTIVA MEDIA)

(Kawża T-601/22)

(2022/C 441/32)

Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Consultora de Telecomunicaciones Optiva Media SL (Madrid, Spanja) (rappreżentant: C. Rivadulla Oliva, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Optiva Canada Inc. (Mississauga, Ontario, il-Kanada)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrenti

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva OPTIVA MEDIA (Rivendikazzjoni tal-kuluri “aħdar” u “iswed”) – Trade mark tal-Unjoni Nru 10 939 767

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Lulju 2022 fil-Każijiet magħquda R 1533/2021-5 u R 1740/2021-5R

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

Motiv invokat

Ksur tal-Artikoli 18 u 58 sa 64 tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top