This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0525
Case T-525/22: Action brought on 19 August 2022 — Sberbank of Russia v Commission and SRB
Kawża T-525/22: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2022 – Sberbank of Russia vs Il-Kummissjoni u s-SRB
Kawża T-525/22: Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2022 – Sberbank of Russia vs Il-Kummissjoni u s-SRB
ĠU C 441, 21.11.2022, p. 20–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 441/20 |
Rikors ippreżentat fid-19 ta’ Awwissu 2022 – Sberbank of Russia vs Il-Kummissjoni u s-SRB
(Kawża T-525/22)
(2022/C 441/27)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sberbank of Russia OAO (Moska, ir-Russja) (rappreżentanti: D. Rovetta, M. Campa, M. Pirovano, M. Moretto u V. Villante, avukati)
Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea u l-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni (SRB)
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla d-deċiżjoni SRB/EES/2022/21 dwar l-adozzjoni ta’ skema ta’ riżoluzzjoni fir-rigward ta’ Sberbank d.d., maħruġa mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fl-1 ta’ Marzu 2022, flimkien mar-Rapport ta’ Valutazzjoni 1 maħruġ mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-27 ta’ Frar 2022 u r-Rapport ta’ Valutazzjoni 2 maħruġ mill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni fis-27 jew fit-28 ta’ Frar 2022; |
— |
tannulla d-deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/948 tal-1 ta’ Marzu 2022 dwar l-approvazzjoni tal-iskema ta’ riżoluzzjoni għal Sberbank d.d. (1); |
— |
tikkundanna lill-Bord Uniku ta’ Riżoluzzjoni u lill-Kummissjoni Ewropea għall-ispejjeż tal-proċeduri. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.
1. |
L-ewwel motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tar-rekwiżiti formali essenzjali. |
2. |
It-tieni motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, tal-Artikolu 296 TFUE u tal-Artikolu 41(2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, u ksur tad-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva u tal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. |
3. |
It-tielet motiv, ibbażat fuq l-allegazzjoni ta’ żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-evalwazzjoni globali tal-kundizzjonijiet relatati mal-iskema ta’ riżoluzzjoni u ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament (UE) Nru 806/2014 (2), kif ukoll ksur tal-Artikolu 39 tad-Direttiva 2014/59/UE (3), u ksur tad-dritt fundamentali għall-proprjetà u tal-libertà ta’ intrapriża. |
(2) Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta' kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU 2014, L 225, p. 1).
(3) Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/KE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU 2014, L 173, p. 190).