EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0601

Kawża C-601/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landesverwaltungsgericht Tirol (l-Awstrija) fid-19 ta’ Settembru 2022– Umweltverband WWF Österreich et vs Tiroler Landesregierung

ĠU C 441, 21.11.2022, p. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/18


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Landesverwaltungsgericht Tirol (l-Awstrija) fid-19 ta’ Settembru 2022– Umweltverband WWF Österreich et vs Tiroler Landesregierung

(Kawża C-601/22)

(2022/C 441/26)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landesverwaltungsgericht Tirol

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Umweltverband WWF Österreich, ÖKOBÜRO – Allianz der Umweltbewegung, Naturschutzbund Österreich, Umweltdachverband, Wiener Tierschutzverein.

Konvenut: Tiroler Landesregierung.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 12, ikkunsidrat flimkien mal-Anness IV, tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-21 ta’ Mejju 1992 dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (1), kif l-aħħar emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2013/17/UE tat-13 ta’ Mejju 2013 li tadatta ċerti direttivi fil-qasam tal-ambjent, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (2), li bis-saħħa tiegħu l-lupu jaqa’ taħt is-sistema ta’ protezzjoni stretta, għalkemm popolazzjonijiet tal-lupu f’diversi Stati Membri huma eżentati minn din is-sistema u filwaqt li ebda eżenzjoni bħal din ma hija prevista fir-rigward tal-Awstrija, imur kontra l-“prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament bejn l-Istati Membri” previst fl-Artikolu 4(2) TUE?

2)

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/43, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2013/17, li bis-saħħa tiegħu deroga mis-sistema ta’ protezzjoni stretta għal-lupu hija permessa biss meta, fost oħrajn, il-popolazzjonijiet tal-ispeċi kkonċernata jkunu jinsabu, minkejja l-eżenzjoni, “fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli fil-firxa naturali tagħhom”, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-istat ta’ konservazzjoni favorevoli ma għandux jinżamm jew jiġi stabbilit mill-ġdid fir-rigward tat-territorju ta’ Stat Membru iżda fir-rigward tal-firxa naturali ta’ popolazzjoni, li tista’ tkopri reġjun bioġeografiku ferm ikbar li jmur lil hinn mill-fruntieri ta’ pajjiż wieħed?

3)

L-Artikolu 16(1)(b) tad-Direttiva 92/43, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2013/17, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-“ħsara serja”, minbarra l-ħsara diretta kkawżata minn lupu partikolari, għandha tinftiehem fis-sens li tinkludi wkoll il-ħsara “ekonomika” futura diretta li ma tkunx tista’ tiġi attribwita lil lupu partikolari?

4)

L-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/43, kif l-aħħar emendata bid-Direttiva 2013/17, għandu jiġi interpretat fis-sens li “alternattiva sodisfaċenti”, fid-dawl tal-kundizzjonijiet topografiċi, agrikoli u operazzjonali fil-Land Federali ta’ Tirol, għandha tiġi vverifikata biss abbażi ta’ jekk din l-alternattiva hijiex fattibbli fil-verità jew għandha tiġi vverifikata wkoll fid-dawl ta’ kriterji ekonomiċi?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102.

(2)  ĠU 2013, L 158, p. 193.


Top