Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0584

    Kawża C-584/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Settembru 2022 – QM vs Kiwi Tours GmbH

    ĠU C 441, 21.11.2022, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 441/17


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fil-5 ta’ Settembru 2022 – QM vs Kiwi Tours GmbH

    (Kawża C-584/22)

    (2022/C 441/24)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: QM

    Konvenut: Kiwi Tours GmbH

    Domandi preliminari

    L-Artikolu 12(2) tad-Direttiva (UE) 2015/2302 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar pakketti tal-ivvjaġġar u arranġamenti tal-ivvjaġġar marbuta, li temenda r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 u d-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 90/314/KEE (1)

    1.

    għandu jiġi interpretat fis-sens li huma biss iċ-ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji li diġà seħħew fil-mument tal-kanċellazzjoni li huma deċiżivi sabiex jiġi evalwat jekk il-kanċellazzjoni kinitx iġġustifikata,

    2.

    jew għandu jiġi interpretat fis-sens li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll iċ-ċirkustanzi inevitabbli u straordinarji li effettivament iseħħu wara l-kanċellazzjoni, iżda qabel il-bidu previst tal-vjaġġ?


    (1)  ĠU 2015, L 326, p. 1.


    Top