EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0578

Kawża C-578/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Settembru 2022 – flightright GmbH vs TAP Portugal

ĠU C 441, 21.11.2022, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/15


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landgericht Frankfurt am Main (il-Ġermanja) fl-1 ta’ Settembru 2022 – flightright GmbH vs TAP Portugal

(Kawża C-578/22)

(2022/C 441/22)

Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

Qorti tar-rinviju

Landgericht Frankfurt am Main

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: flightright GmbH

Konvenut: TAP Portugal

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 4(3) flimkien mal-Artikolu 2(j) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), moqrija flimkien mal-Artikolu 3(2) ta’ dan ir-regolament, għandhom jiġu interpretati fis-sens li l-passiġġier għandu dejjem jippreżenta ruħu għaċ-check-in kif stabbilit u fil-ħin indikat minn qabel mit-trasportatur tal-ajru, mill-operatur tal-vjaġġi jew minn aġent tal-ivvjaġġar awtorizzat, jew, fil-każ li ebda ħin ma jkun indikat, mhux iktar tard minn 45 minuta qabel il-ħin tat-tluq indikat, u skont l-Artikolu 2(j) ta’ dan ir-regolament, għandu jippreżenta ruħu għall-imbark skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(2) tal-imsemmi regolament?

2)

Fil-każ li tingħata risposta fin-negattiv għall-ewwel domanda:

L-Artikolu 4(3) flimkien mal-Artikolu 2(j) tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li r-rifjut ta’ imbark kontra r-rieda tal-passiġġier jista’ wkoll jiġi espress lill-passiġġier, b’effett għad-detriment tat-trasportatur tal-arju effettiv, mit-trasportatur tal-ajru kuntrattwali, li jkun ikkonkluda ftehim ta’ code-share mat-trasportatur tal-ajru effettiv fir-rigward tat-titjira?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.


Top