EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0568

Kawża C-568/22 P: Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn YT, YU mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-532/16, YT u YU vs Il-Kummissjoni

ĠU C 441, 21.11.2022, p. 13–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 441/13


Appell ippreżentat fil-25 ta’ Awwissu 2022 minn YT, YU mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) fil-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-532/16, YT u YU vs Il-Kummissjoni

(Kawża C-568/22 P)

(2022/C 441/18)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Appellanti: YT, YU (rappreżentanti: L. Levi, J.-N. Louis, avukati)

Partijiet oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea, Il-Parlament Ewropew, Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

tannulla s-sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tal-15 ta’ Ġunju 2022 fil-Kawża T-532/16; YT u YU vs Il-Kummissjoni;

tevoka din il-kawża li twassal lill Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra fondat ir-rikors fl-ewwel istanza tal-appellant;

tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż kollha taż-żewġ istanzi.

Aggravji u argumenti prinċipali

Insostenn tal-appell tagħhom, l-appellanti jinvokaw żewġ aggravji:

L-ewwel aggravju huwa ibbażat fuq allegat ksur tal-Artikolu 45 TFUE, fuq il-ksur mill-Qorti Ġenerali tal-obbligu tagħha ta’ motivazzjoni, fuq żball ta’ kwalifika ġuridika u fuq l-iżnaturament tal-proċess;

It-tieni aggravju jinvoka l-ksur tal-finalità tal-Artikolu 8 tal-Anness VII tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u l-ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ proporzjonalità.


Top