Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022CN0565

    Kawża C-565/22: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-26 ta’ Awwissu 2022 – Verein für Konsumenteninformation vs Sofatutor GmbH

    ĠU C 441, 21.11.2022, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.11.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 441/12


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberster Gerichtshof (l-Awstrija) fis-26 ta’ Awwissu 2022 – Verein für Konsumenteninformation vs Sofatutor GmbH

    (Kawża C-565/22)

    (2022/C 441/16)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Oberster Gerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Verein für Konsumenteninformation

    Konvenut: Sofatutor GmbH

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 9(1) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), għandu jiġi interpretat fis-sens li l-konsumatur ikollu mill-ġdid dritt għall-irtirar meta l-kuntratt li jsir mill-bogħod “jiġġedded awtomatikament” (Artikolu 6(1)(o) ta’ din id-direttiva)?


    (1)  ĠU 2011 L 304, p. 64


    Top