This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62022TN0522
Case T-522/22: Action brought on 29 August 2022 — QU v Council
Kawża T-522/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2022 – QU vs Il-Kunsill
Kawża T-522/22: Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2022 – QU vs Il-Kunsill
ĠU C 389, 10.10.2022, p. 20–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
10.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 389/20 |
Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Awwissu 2022 – QU vs Il-Kunsill
(Kawża T-522/22)
(2022/C 389/23)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: QU (Tel Aviv, l-Iżrael) (rappreżentanti: R. Martens u C. Ostrovskis, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla, l-ewwel, id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/883 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2014/145/PESK dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jipperikolaw jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) (“Deċiżjoni Emendata”) sa fejn tikkonċerna r-rikorrent u, it-tieni, Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/878 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (2) (“Regolament Emendat”), sa fejn jikkonċerna r-rikorrent; |
— |
tikkundanna lill-Kunsill li jħallas l-ispejjeż kollha ta’ dawn il-proċedimenti. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni Emendata u tal-Artikolu 3 tar-Regolament Emendat abbażi tal-fatt li l-Kunsill żbalja fil-liġi meta applika inkorrettament il-Kriterju (g) tal-Artikolu 2(1) tad-Deċiżjoni Emendata u l-Artikolu 3(1) tar-Regolament Emendata għar-rikorrent, mingħajr ma eżamina bir-reqqa l-fatti u mingħajr ma pprovda raġunijiet suffiċjenti biex jadotta miżuri restrittivi kontra persuna. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 296 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”), tal-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali (“il-Karta”) u tal-Artikoli 2 u 4 tad-Deċiżjoni Emendata abbażi tal-fatt li l-Kunsill ma pprovdiex raġunijiet speċifiċi u konkreti biżżejjed biex jiġġustifika d-deċiżjoni li jittieħdu miżuri ristrettivi kontra r-rikorrent, skont l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni u l-Artikolu 3 tar-Regolament; wettaq żbalji manifesti fit-tmexxija tal-analiżi tiegħu u naqas milli jistabbilixxi għaliex ir-rikorrent kien jaqa’ taħt wieħed mill-kriterji stipulati fid-Deċiżjoni Emendata, mingħajr ma eżamina bir-reqqa l-fatti u mingħajr ma pprovda raġunijiet suffiċjenti biex jadotta miżuri ristrettivi kontra persuna. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq ksur tal-Artikoli 41 u 48 tal-Karta abbażi tal-fatt li l-Kunsill ma pprovdiex il-fajl ta’ evidenza lir-rikorrent bi żmien suffiċjenti biex jiddefendi d-drittijiet tiegħu; li l-Kunsill impona skadenza ta’ 14-il jum biex jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u li dan ippreżenta l-fajl ta’ evidenza jum biss qabel l-iskadenza; li r-rikorrent ma kellhux iż-żmien li jeżamina l-fajl ta’ evidenza u jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu, meta l-Kunsill kien imissu jipprovdi ħin suffiċjenti lir-rikorrent biex jeżamina l-fajl ta’ evidenza u jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu u żgura li d-drittijiet kollha tad-difiża ġew rispettati. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq l-Artikolu 296 TFUE, l-Artikoli 16 u 45 tal-Karta abbażi tal-fatt li l-Kunsill ħa miżuri restrittivi sproporzjonati kontra r-rikorrent ibbażati fuq allegazzjonijiet fattwali mhux ikkorroborati li fl-ebda każ ma jistgħu jibqgħu ġġustifikati. |