Kies de experimentele functies die u wilt uitproberen

Dit document is overgenomen van EUR-Lex

Document 62022TN0520

    Kawża T-520/22: Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2022 – Karić vs Il-Kunsill

    ĠU C 389, 10.10.2022, blz. 18–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    10.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 389/18


    Rikors ippreżentat fit-28 ta’ Awwissu 2022 – Karić vs Il-Kunsill

    (Kawża T-520/22)

    (2022/C 389/21)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Bogoljub Karić (Belgrad, is-Serbja) (rappreżentant: R. Lööf, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/881 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li timplimenta d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (1),

    tannulla r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/876 tat-3 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta l-Artikolu 8a(1) tar-Regolament (KE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna (2) (iktar ’il quddiem l-“atti kkontestati”) sa fejn dawn japplikaw għar-rikorrent, u

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll għall-ispejjeż sostnuti mir-rikorrent għall-preżentata ta’ dan ir-rikors.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tad-drittijiet tad-difiża. L-ewwel, hija allegata insuffiċjenza ta’ motivazzjoni. Billi naqsu milli jistabbilixxu b’mod suffiċjentement ċar kif il-Kunsill ikkonkluda li l-kriterji sussidjarji fl-Artikoli 3(1)(b) u 4(1)(b) tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK tal-15 ta’ Ottubru 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Bjelorussja (3) japplikaw għar-rikorrent, l-atti kkontestati jiksru t-tieni paragrafu tal-Artikolu 296 TFUE. It-tieni, huwa allegat ksur tal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali minħabba li billi naqsu milli jidentifikaw il-benefiċċju rċevut mir-reġim Bjelorussu, jew l-appoġġ ipprovdut lilu mir-rikorrent, l-atti kkontestati jiksru d-drittijiet fundamentali tar-rikorrent bi ksur tal-prinċipju ta’ responsabbiltà personali.

    2.

    It-tieni motiv ibbażat fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni. L-ewwel, huwa allegat li ma ġiex issostanzjat benefiċċju mir-reġim ta’ Lukashenka jew appoġġ għal dan ir-reġim. L-atti kkontestati huma vvizzjati minn żball manifest ta’ evalwazzjoni peress li dawn ġew adottati fl-assenza ta’ prova suffiċjenti. It-tieni, huwa allegat li ma ġietx issostanzjata kondotta rilevanti ratione temporis. L-atti kkontestati huma punittivi biss, u għalhekk illegali, minħabba li l-prova insostenn tiżvela biss ċirkustanzi storiċi.

    3.

    It-tielet motiv ibbażat fuq indħil sproporzjonat fid-drittijiet fundamentali tar-rikorrent. L-għan tal-atti kkontestati ntlaħaq permezz ta’ miżuri leġiżlattivi oħra; għalhekk, huma jikkostitiwixxu ndħil sproporzjonat fid-drittijiet fundamentali tar-rikorrent.


    (1)  ĠU 2022, L 153, p. 77.

    (2)  ĠU 2022, L 153, p. 1.

    (3)  ĠU 2012, L 285, p. 1.


    Naar boven