This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52022BP0028
European Parliament resolution of 16 February 2022 on the proposal for a decision of the European Parliament and of the Council on the mobilisation of the European Globalisation Adjustment Fund for Displaced Workers following an application from France — EGF/2021/005 FR/Airbus (COM(2021)0698 — C9-0011/2022 — 2021/0363(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni minn Franza – EGF/2021/005 FR/Airbus (COM(2021)0698 – C9-0011/2022 – 2021/0363(BUD))
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni minn Franza – EGF/2021/005 FR/Airbus (COM(2021)0698 – C9-0011/2022 – 2021/0363(BUD))
ĠU C 342, 6.9.2022, p. 324–327
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 342, 6.9.2022, p. 286–289
(GA)
6.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 342/324 |
P9_TA(2022)0028
Mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni – applikazzjoni EGF/2021/005 FR/Airbus – Franza
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tas-16 ta' Frar 2022 dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni minn Franza – EGF/2021/005 FR/Airbus (COM(2021)0698 – C9-0011/2022 – 2021/0363(BUD))
(2022/C 342/32)
Il-Parlament Ewropew,
— |
wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2021)0698 – C9-0011/2022), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2021/691tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta' April 2021 dwar il-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1309/2013 (1) (“ir-Regolament dwar il-FEG”), |
— |
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 8 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta' Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta' riżorsi proprji ġodda (3), (“il-FII tas-16 ta' Diċembru 2020”), u b'mod partikolari l-punt 9 tiegħu, |
— |
wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali, |
— |
wara li kkunsidra l-ittra tal-Kumitat għall-Iżvilupp Reġjonali, |
— |
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0013/2022), |
A. |
billi l-Unjoni stabbiliet strumenti leġiżlattivi u baġitarji biex tipprovdi appoġġ addizzjonali lill-ħaddiema li qed ibatu mill-konsegwenzi tal-globalizzazzjoni u mill-bidliet teknoloġiċi u ambjentali, bħall-bidliet fix-xejriet kummerċjali dinjija, it-tilwim kummerċjali, bidliet sinifikanti fir-relazzjonijiet kummerċjali tal-Unjoni jew fil-kompożizzjoni tas-suq intern u kriżijiet finanzjarji jew ekonomiċi, kif ukoll it-tranżizzjoni għal ekonomija b'livell baxx ta' emissjonijiet ta' karbonju, jew bħala konsegwenza tad-diġitalizzazzjoni jew tal-awtomatizzazzjoni; |
B. |
billi l-Unjoni estendiet l-ambitu tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati (FEG) biex tipprovdi appoġġ finanzjarju f'każ ta' kwalunkwe avveniment ta' ristrutturar kbir, u b'hekk tkopri l-effetti ekonomiċi tal-kriżi tal-coronavirus; |
C. |
billi d-dekarbonizzazzjoni li għaddejja tas-settur tat-trasport hija mistennija li jkollha diversi impatti fuq is-settur tal-avjazzjoni, u l-Unjoni għandha rwol importanti fl-għoti tas-solidarjetà meħtieġa permezz ta' kontribuzzjonijiet finanzjarji mill-FEG li għandu l-għan li jerġa' jintegra lill-benefiċjarji malajr f'impjiegi deċenti u sostenibbli fi ħdan is-settur ta' attività inizjali tagħhom jew lil hinn minnu, filwaqt li tkun kompatibbli ma' ekonomija Ewropea aktar ekoloġika u aktar diġitali f'konformità mal-Patt Ekoloġiku Ewropew; |
D. |
billi Franza ppreżentat l-applikazzjoni EGF/2021/005 FR/Airbus għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG, wara 508 sensji fis-settur ekonomiku kklassifikati taħt id-Diviżjoni 30 tan-NACE Reviżjoni 2 (Manifattura ta' tagħmir tat-trasport) fir-reġjuni NUTS 2 ta' Midi-Pyrénées (FRJ2) u Pays de la Loire (FRG0) fi Franza, f'perjodu ta' referenza għall-applikazzjoni mill-1 ta' Novembru 2020 sal-1 ta' Marzu 2021; |
E. |
billi l-applikazzjoni hija relatata ma' 508 ħaddiema ssensjati li l-attività tagħhom waqfet fl-Unità Ekonomika u Soċjali (ESU) (4) Airbus Commercial ta' Airbus (Airbus SE); |
F. |
billi l-applikazzjoni hija bbażata fuq il-kriterji ta' intervent tal-Artikolu 4(2)(a) tar-Regolament dwar il-FEG, li jirrikjedi l-waqfien tal-attività ta' mill-inqas 200 ħaddiem issensjat matul perjodu ta' referenza ta' erba' xhur f'intrapriża fi Stat Membru; |
G. |
billi fil-qafas tal-pandemija tal-COVID-19, ir-restrizzjonijiet ġenerali fuq l-ivvjaġġar wasslu għal kollass ġenerali tal-avjazzjoni kummerċjali, b'mod partikolari fis-settur tat-titjiriet tal-passiġġieri, u skont Airbus l-irkupru sħiħ tas-settur mhuwiex mistenni li jseħħ qabel l-2025 (5); |
H. |
billi Airbus, li d-diviżjoni tal-avjazzjoni kummerċjali tagħha tirrappreżenta 77 % tal-fatturat globali (6), kellha tnaqqas il-livelli ta' produzzjoni tagħha b'terz minn April 2020 (7) u b'hekk timplimenta pjan ta' ristrutturar li jwassal għas-sensja ta' 4 248 impjegat fi Franza (8); |
I. |
billi l-appoġġ mill-awtoritajiet pubbliċi Franċiżi għall-attività part-time fit-tul, innegozjat kif xieraq mal-ħaddiema kkonċernati u t-tisħiħ ta' programm mill-Conseil pour la recherche aéronautique civile, ippermettew tnaqqis sinifikanti fl-għadd ta' sensji (b'2 002 impjegati); billi għall- 2 246 impjieg l-ieħor inkwistjoni, kważi l-ħaddiema kollha kienu soġġetti għal miżuri ta' mobilità interna jew qablu dwar pakketti ta' terminazzjoni volontarja; |
J. |
billi l-Kummissjoni ddikjarat li l-kriżi tas-saħħa rriżultat fi kriżi ekonomika, stabbiliet pjan ta' rkupru għall-ekonomija wara r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament Ewropew u l-impetu tal-Inizjattiva Franċiża-Ġermaniża għall-Irkupru Ewropew mill-Kriżi tal-Coronavirus tat-18 ta' Mejju 2020 (9), u ssottolinjat ir-rwol tal-FEG bħala għodda ta' emerġenza (10); |
K. |
billi l-FEG ma għandux jaqbeż ammont annwali massimu ta' EUR 186 miljun (fi prezzijiet tal-2018), kif stipulat fl-Artikolu 8 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta' Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (11); |
1. |
Jaqbel mal-Kummissjoni li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 4(2)(a), tar-Regolament dwar il-FEG huma ssodisfati, u li Franza hija intitolata għal kontribuzzjoni finanzjarja ta' EUR 3 745 264 skont dan ir-Regolament, li tirrappreżenta 85 % tal-kost totali ta' EUR 4 406 194, li jinkludi biss in-nefqa għal servizzi personalizzati; |
2. |
Jinnota li l-awtoritajiet Franċiżi ppreżentaw l-applikazzjoni fis-26 ta' Lulju 2021, u li l-Kummissjoni ffinalizzat il-valutazzjoni tagħha fid-19 ta' Novembru 2021 u nnotifikatha lill-Parlament fil-5 ta' Jannar 2022; |
3. |
Jilqa' l-miżuri meħuda mill-awtoritajiet pubbliċi Franċiżi nazzjonali u lokali, bħad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni l-ġdida ta' emerġenza (12), il-pjan ta' appoġġ għall-industrija tal-ajrunawtika, il-programm ta' attività part-time fit-tul (13), u ż-żieda għall-pjan Ader 4 li naqqsu b'mod sinifikanti n-numru ta' sensji; |
4. |
Jinnota li l-applikazzjoni hija marbuta ma' total ta' 508 ħaddiema ssensjati li l-attività tagħhom waqfet; jinnota wkoll li Franza tistenna li 297 mill-benefiċjarji eliġibbli kollha se jipparteċipaw fil-miżuri (benefiċjarji fil-mira); |
5. |
Ifakkar li l-impatti soċjali tas-sensji huma mistennija li jkunu importanti għaż-żewġ reġjuni, u li fl-ewwel trimestru tal-2021, il-persentaġġ ta' persuni qiegħda diġà kien 9,4 % f'Occitanie u 6,9 % f'Pays de la Loire (14); |
6. |
Jirrimarka li f'Occitanie s-sensji huma mistennija jkollhom impatt sinifikanti fuq is-suq tax-xogħol, peress li r-reġjun huwa dipendenti ħafna fuq l-ajrunawtika bħala l-aktar settur importanti u Airbus hija l-akbar impjegatur privat fir-reġjun; |
7. |
Jinnota li r-reġjun ta' Occitanie stabbilixxa ruħu bħala ekosistema importanti għan-negozji ġodda, b'opportunitajiet potenzjali għall-benefiċjarji li jixtiequ jibdew in-negozju tagħhom stess; jirrimarka li parti kbira mill-persuni affettwati fir-reġjun għandha livell għoli ta' edukazzjoni; |
8. |
Jirrimarka li, filwaqt li f'Pays de la Loire, l-impatt tal-kriżi tal-avjazzjoni fuq l-ekonomija lokali u s-suq tax-xogħol huwa mistenni li jkun anqas detrimentali, minħabba d-diversifikazzjoni għolja tal-ekonomija reġjonali, huwa mistenni li jinħolqu opportunitajiet fis-settur marittimu u fl-enerġija rinnovabbli, li konsegwentement jirrikjedu tiġdid adegwat tal-ħiliet; |
9. |
Jirrimarka li 13,5 % tal-benefiċjarji fil-mira għandhom aktar minn 54 sena, u li 74,7 % tagħhom għandhom bejn 30 u 54 sena; |
10. |
Jinnota li Airbus bdiet toffri servizzi personalizzati lill-benefiċjarji fil-mira fl-1 ta' Novembru 2020 u li għaldaqstant, il-perjodu ta' eliġibbiltà għal kontribuzzjoni finanzjarja mill-FEG se jkun mill-1 ta' Novembru 2020 sa 24 xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tad-deċiżjoni ta' finanzjament; |
11. |
Ifakkar li s-servizzi personalizzati li għandhom jiġu pprovduti lill-ħaddiema u lill-persuni li jaħdmu għal rashom jikkonsistu fl-azzjonijiet li ġejjin: għotjiet biex jinbeda negozju, taħriġ għall-ħolqien tan-negozju, allowances għan-nefqa relatata mat-taħriġ għall-ħolqien ta' negozju, kif ukoll żidiet mas-salarju; |
12. |
Iqis li dawk is-servizzi personalizzati għandhom idumu għal perjodu ta' żmien rilevanti skont in-natura tal-proġett; |
13. |
Jilqa' l-fatt li l-pakkett ikkoordinat ta' servizzi personalizzati kien ir-riżultat ta' ftehim tajjeb ta' negozjar kollettiv bejn Airbus u r-rappreżentanti tal-ħaddiema b'konsultazzjoni mar-rappreżentanti tal-persunal u tal-union; jilqa' l-fatt li l-assistenza finanzjarja tingħata malajr lill-benefiċjarji, minkejja li f'xi każijiet huwa meħtieġ investiment addizzjonali għat-twaqqif ta' negozju ġdid; |
14. |
Jenfasizza li 98,7 % tal-appoġġ finanzjarju huwa marbut mal-ħolqien ta' negozji ġodda u azjendi, li se jħeġġeġ ir-riintegrazzjoni u r-rikonverżjoni professjonali, itejjeb il-kompetittività tar-reġjuni kkonċernati u jikkontribwixxi għall-irkupri ekonomiku; |
15. |
Jisħaq li l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw li l-azzjonijiet eliġibbli ma jirċevux assistenza minn fondi jew strumenti finanzjarji oħra tal-Unjoni; |
16. |
Itenni li l-għajnuna mill-FEG ma tridx tissostitwixxi azzjonijiet li huma r-responsabbiltà ta' kumpaniji, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew il-ftehimiet kollettivi, jew kwalunkwe allowance jew dritt ieħor li l-benefiċjarji jistgħu jirċievu, sabiex tiġi żgurata l-addizzjonalità sħiħa tal-allokazzjoni; jitlob li l-benefiċjarji tas-servizzi personalizzati li għandhom ikunu koperti mill-FEG jiġu infurmati pubblikament u personalment dwar il-kofinanzjament tal-Unjoni; |
17. |
Jinnota li r-rekwiżiti proċedurali kollha ġew issodisfati; jissottolinja l-ħtieġa ta' trasparenza f'kull stadju tal-proċedura u jitlob l-involviment tas-sħab soċjali fl-implimentazzjoni u l-evalwazzjoni tal-pakkett ta' servizzi; |
18. |
Japprova d-deċiżjoni annessa ma' din ir-riżoluzzjoni; |
19. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tiffirma din id-deċiżjoni flimkien mal-President tal-Kunsill u biex tiżgura li tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea; |
20. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni, flimkien mal-anness tagħha, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. |
(1) ĠU L 153, 3.5.2021, p. 48.
(2) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(3) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 28.
(4) Unità ekonomika u soċjali – ESU (unite économique et sociale – UES) hija kostruzzjoni ġuridika skont il-liġi Franċiża li tippermetti r-raggruppament ta' intrapriżi li għandhom l-istess maniġment, li joperaw fl-istess settur, u li l-impjegati tagħhom għandhom l-istess interessi, iżda huma intrapriżi legalment distinti, bil-għan li tippromwovi l-ħolqien ta' rappreżentanza komuni tal-impjegati. Is-sensji seħħew fl-ESU Airbus Commercial, li tiġbor flimkien iż-żewġ sussidjarji Franċiżi Airbus SAS u Airbus Operations SAS ta' Airbus SE.
(5) Dokument mhux ippubblikat: Airbus “Livre 2”, analiżi interna tal-kriżi tal-COVID-19 u l-impatt tagħha fuq is-settur tal-attività ta' Airbus fi Franza.
(6) https://lentreprise.lexpress.fr/actualites/1/actualites/le-geant-europeen-airbus-en-chiffres_2129633.html
(7) https://www.airbus.com/newsroom/press-releases/en/2020/04/airbus-reports-first-quarter-q1-2020-results.html.
(8) Skont il-pjan ta' ristrutturar ta' Airbus: “Accord collectif relatif au plan d'adaptation des sociétés composant l'UES Airbus Commercial dans le contexte de la crise économique Covid-19 et ses conséquences sur l'emploi”.
(9) https://www.elysee.fr/en/emmanuel-macron/2020/05/18/french-german-initiative-for-the-european-recovery-from-the-coronavirus-crisis
(10) COM(2020)0442 final.
(11) ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11.
(12) Loi d'urgence no2020-734 tas-17 ta' Ġunju 2020
(13) Activité Partielle de Longue Durée (APLD): https://www.service-public.fr/professionnels-entreprises/vosdroits/F35381
(14) Data miġbura mill-Istitut Nazzjonali Franċiż tal-Istatistika u l-Istudji Ekonomiċi.
ANNESS
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta' Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni minn Franza (EGF/2021/005 FR/Airbus)
(It-test ta' dan l-anness mhux riprodott hawnhekk billi jikkorrispondi mal-att finali, id-Deċiżjoni (UE) 2022/359.)