Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62022TN0258

    Kawża T-258/22: Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2022 – BSW – management company of “BMC” holding vs Il-Kunsill

    ĠU C 257, 4.7.2022, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 257, 4.7.2022, p. 33–34 (GA)

    4.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 257/37


    Rikors ippreżentat fit-12 ta’ Mejju 2022 – BSW – management company of “BMC” holding vs Il-Kunsill

    (Kawża T-258/22)

    (2022/C 257/48)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: AAT Byelorussian Steel Works – management company of “Byelorussian Metallurgical Company” holding (BSW – management company of “BMC” holding) (Zhlobin, il-Bjelorussja) (rappreżentanti: N. Tuominen u L. Engelen, avukati)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/356 tat-2 ta’ Marzu 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2012/642/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Belarussja (1), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/355 tat-2 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 765/2006 (2), fl-intier tagħhom sa fejn jaffettwaw lir-rikorrenti; u

    tikkundanna lill-Kunsill għall-ispejjeż ta’ dawn il-proċeduri.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka tliet motivi.

    1.

    L-ewwel motiv, ibbażat fuq li l-miżuri kkontestati jiksru l-obbligu ta’ motivazzjoni, jiksru d-dritt għal smigħ xieraq u jiksru d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva.

    2.

    It-tieni motiv, ibbażat fuq li l-miżuri kkontestati jiksru l-prinċipju ta’ ugwaljanza fit-trattament u jikkostitwixxu użu ħażin ta’ poter.

    3.

    It-tielet motiv, ibbażat fuq il-fatt li l-miżuri kkontestati huma sproporzjonati, imorru lil hinn mill-kompetenzi leġiżlattivi tal-Unjoni u jiksru d-drittijiet fundamentali tar-rikorrenti.


    (1)  ĠU 2022, L 67, p. 103.

    (2)  ĠU 2022, L 67, p. 1.


    Top