Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TA0004

    Kawża T-4/21: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2022 – Advanced Superabrasives vs EUIPO – Adi (ASI ADVANCED SUPERABRASIVES) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ASI ADVANCED SUPERABRASIVES – Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattiva u verbali preċedenti ADI – Raġuni relattiva għal rifjut – Probabbiltà ta’ konfużjoni – Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) – Rinviju tal-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni – Artikolu 71(1) tar-Regolament 2017/1001 – Artikolu 27(3)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)

    ĠU C 257, 4.7.2022, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 257, 4.7.2022, p. 27–27 (GA)

    4.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 257/31


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Mejju 2022 – Advanced Superabrasives vs EUIPO – Adi (ASI ADVANCED SUPERABRASIVES)

    (Kawża T-4/21) (1)

    (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva ASI ADVANCED SUPERABRASIVES - Trade marks tal-Unjoni Ewropea figurattiva u verbali preċedenti ADI - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Rinviju tal-każ quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni - Artikolu 71(1) tar-Regolament 2017/1001 - Artikolu 27(3)(b) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625”)

    (2022/C 257/40)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Advanced Superabrasives, Inc. (Mars Hill, North Carolina, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: D. Piróg u A. Rytel, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: V. Ruzek, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Adi Srl (Thiene, l-Italja) (rappreżentant: B. Saguatti, avukata)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-23 ta’ Ottubru 2020 (Każ R 2713/2019-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Adi u Advanced Superabrasives.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Advanced Superabrasives, Inc. hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 62, 22.2.2021.


    Top