This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021CN0732
Joined Cases C-732/21, C-733/21, C-734/21, C-735/21, C-736/21, C-737/21 and C-738/21: Request for a preliminary ruling from the Rayonen sad Kula (Bulgaria) lodged on 30 November 2021 — AB, BC, CD, DE, EF, FG and GH v Glavna direktsia ‘Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto’ kam Ministerstvo na vatreshnite raboti
Kawżi magħquda C-732/21, C-733/21, C-734/21, C-735/21, C-736/21, C-737/21 u C-738/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Kula (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Novembru 2021 – AB, BC, CD, DE, EF, FG u GH vs Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” kam Ministerstvo na vatreshnite raboti
Kawżi magħquda C-732/21, C-733/21, C-734/21, C-735/21, C-736/21, C-737/21 u C-738/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Kula (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Novembru 2021 – AB, BC, CD, DE, EF, FG u GH vs Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” kam Ministerstvo na vatreshnite raboti
ĠU C 257, 4.7.2022, p. 18–18
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU C 257, 4.7.2022, p. 15–15
(GA)
4.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 257/18 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir-Rayonen sad – Kula (il-Bulgarija) fit-30 ta’ Novembru 2021 – AB, BC, CD, DE, EF, FG u GH vs Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” kam Ministerstvo na vatreshnite raboti
(Kawżi magħquda C-732/21, C-733/21, C-734/21, C-735/21, C-736/21, C-737/21 u C-738/21)
(2022/C 257/24)
Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru
Qorti tar-rinviju
Rayonen sad – Kula
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: AB, BC, CD, DE, EF, FG u GH
Konvenut: Glavna direktsia “Pozharna bezopasnost i zashtita na naselenieto” kam Ministerstvo na vatreshnite raboti
Domandi preliminari
1) |
Id-Direttiva 2003/88/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Novembru 2003 li tikkonċerna ċerti aspetti tal-organizzazzjoni tal-ħin tax-xogħol (1) tapplika f’sitwazzjoni fejn il-karatteristiċi partikolari għal ċerti attivitajiet speċifiċi tas-settur pubbliku, bħalma huma l-forzi armati jew il-pulizija, jew għal ċerti attivitajiet speċifiċi fis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, b’mod inevitabbli jmorru kontra tagħha meta jitqies li: Id-Direttiva 2003/88 tiddikjara, fl-Artikolu 1(3) tagħha, li hija applikabbli għas-setturi kollha ta’ attività, kemm pubbliċi kif ukoll privati, fis-sens tal-Artikolu 2 tad-Direttiva tal-Kunsill 89/391/KEE tat-12 ta’ Ġunju 1989 dwar l-introduzzjoni ta’ miżuri sabiex jinkoraġġixxu titjib fis-sigurtà u s-saħħa tal-ħaddiema fuq ix-xogħol (2); L-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 89/391 jipprovdi li din id-direttiva ma tapplikax f’sitwazzjoni fejn il-karatteristiċi partikolari għal ċerti attivitajiet speċifiċi tas-settur pubbliku, bħalma huma l-forzi armati jew il-pulizija, jew għal ċerti attivitajiet speċifiċi fis-servizzi tal-protezzjoni ċivili, b’mod inevitabbli jmorru kontra tagħha? |
2) |
Fl-evalwazzjoni tan-natura ekwivalenti tal-faċilitajiet ta’ protezzjoni xierqa fis-sens tal-Artikolu 12(b) tad-Direttiva 2003/88 għal kategorija ta’ ħaddiema li jwettqu xogħol ta’ billejl u li t-tul tax-xogħol ta’ billejl tagħhom ma jaqbiżx is-7 sigħat f’perijodu ta’ 24 siegħa, meta mqabbla ma’ kategorija oħra ta’ ħaddiema li wkoll iwettqu xogħol ta’ billejl u li t-tul tax-xogħol ta’ billejl tagħhom ma jaqbiżx it-8 sigħat, iżda li jgawdu minn vantaġġi bħalma huma iktar leave, ħruġ iktar bikri bil-pensjoni tal-irtirar, allowances ogħla marbuta mal-pensjoni tal-irtirar kif ukoll remunerazzjoni supplimentari ogħla marbuta mal-anzjanità, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-vantaġġi li jgawdu minnhom il-ħaddiema tat-tieni kategorija? |
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 4, p. 381.
(2) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 1, p. 349.