This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0719
Case C-719/20: Judgment of the Court (Fourth Chamber) of 12 May 2022 (request for a preliminary ruling from the Consiglio di Stato — Italy) — Comune di Lerici v Provincia di La Spezia (Reference for a preliminary ruling — Public procurement — Waste management — In-house award — Directive 2014/24/EU — Articles 12 and 72 — Loss of ‘similar control’ conditions as a result of a business combination — Possibility for the successor operator to continue providing the service)
Kawża C-719/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Comune di Lerici vs Provincia di La Spezia (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kuntratti pubbliċi – Immaniġġar ta’ skart – Għoti in house – Direttiva 2014/24/UE – Artikoli 12 u 72 – Telf tal-kundizzjonijiet ta’ “kontroll simili” wara aggregazzjoni ta’ impriżi – Possibbiltà għall-operatur sussegwenti li jkompli l-provvista ta’ servizz)

ĠU C 257, 4.7.2022, p. 9–10
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 257/9 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-12 ta’ Mejju 2022 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Consiglio di Stato – l-Italja) – Comune di Lerici vs Provincia di La Spezia
(Kawża C-719/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kuntratti pubbliċi - Immaniġġar ta’ skart - Għoti in house - Direttiva 2014/24/UE - Artikoli 12 u 72 - Telf tal-kundizzjonijiet ta’ “kontroll simili” wara aggregazzjoni ta’ impriżi - Possibbiltà għall-operatur sussegwenti li jkompli l-provvista ta’ servizz)
(2022/C 257/13)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Comune di Lerici
Konvenut: Provincia di La Spezia
Fil-preżenza ta’: IREN SpA, ACAM Ambiente SpA
Dispożittiv
Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni jew prattika nazzjonali li skontha l-eżekuzzjoni ta’ kuntratt pubbliku, mogħti inizjalment, mingħajr sejħa għal kompetizzjoni, lil entità in house, li fuqha l-awtorità kontraenti eżerċitat, b’mod konġunt, kontroll simili għal dak li teżerċita fuq id-dipartimenti tagħha stess, għandha titkompla awtomatikament mill-operatur ekonomiku li jkun akkwista din l-entità, fi tmiem proċedura ta’ sejħa għal offerti, meta din l-awtorità kontraenti ma jkollhiex tali kontroll fuq dan l-operatur u ma żżomm ebda sehem fil-kapital tiegħu.