EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10789

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10789 – GOLDMAN SACHS / SOJITZ / JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 238/09

PUB/2022/601

ĠU C 238, 21.6.2022, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

21.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 238/14


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10789 – GOLDMAN SACHS / SOJITZ / JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 238/09)

1.   

Fis-6 ta’ Ġunju 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

The Goldman Sachs Group, Inc, (“Goldman Sachs”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Sojitz Corporation (“Sojitz”, il-Ġappun),

Kumpanija ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, “JV”, il-Ġappun).

Sojitz u Goldman Sachs jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-JV.

Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

Goldman Sachs: ditta ta’ servizzi bankarji globali ta’ investiment, garanziji u ġestjoni ta’ investiment li tipprovdi firxa ta’ prodotti bankarji, garanziji u servizzi ta’ investiment mad-dinja kollha.

Sojitz: konglomerat globali attiv f’varjetà ta’ negozji differenti, primarjament fil-qasam tal-kummerċ ta’ oġġetti u servizzi,

JV: attiva f’servizzi ta’ ġestjoni tal-assi immobiljari u servizzi ta’ ġestjoni tal-proprjetà fil-Ġappun, inklużi pariri dwar l-investiment, analiżi tal-prestazzjoni tal-portafoll, ġestjoni tal-portafoll, u servizzi tal-back-office bħat-tħejjija ta’ dokumenti tat-taxxa u rapporti finanzjarji.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10789 – GOLDMAN SACHS / SOJITZ / JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Top