Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022H0621(01)

    Rakkomandazzjoni tal-membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro tas-17 ta’ Ġunju 2022 għall-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023 2022/C 238/01

    ST/10054/2022/INIT

    ĠU C 238, 21.6.2022, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 238/1


    RAKKOMANDAZZJONI TAL-MEMBRI TAL-KUNSILL LI JIRRAPPREŻENTAW L-ISTATI MEMBRI LI GĦANDHOM BĦALA MUNITA L-EURO

    tas-17 ta’ Ġunju 2022

    għall-Kunsill dwar l-adozzjoni tal-euro mill-Kroazja fl-1 ta’ Jannar 2023

    (2022/C 238/01)

    IL-MEMBRI TAL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA LI JIRRAPPREŻENTAW L-ISTATI MEMBRI LI GĦANDHOM BĦALA MUNITA L-EURO,

    Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 140(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw ir-rapport mill-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidraw ir-rapport mill-Bank Ċentrali Ewropew,

    Billi:

    (1)

    Fid-dawl tal-valutazzjoni tagħhom, il-Membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro huma tal-istess fehma bħall-Kummissjoni li l-Kroazja kisbet il-kompatibbiltà legali u tirrispetta l-kriterji ta’ konverġenza u, b’kont meħud ukoll tal-fatturi addizzjonali, iqisu li l-Kroazja tissodisfa l-kondizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro.

    (2)

    Filwaqt li jirreferu wkoll għall-valutazzjoni tal-konverġenza magħmula mill-Kummissjoni u l-Bank Ċentrali Ewropew, il-Membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro jenfasizzaw ukoll l-importanza li l-impenji li ttieħdu mad-dħul fil-Mekkaniżmu tar-Rati tal-Kambju II jitlestew b’suċċess u jissottolinjaw li jeħtieġ li l-linji ta’ politika jkunu għal kollox orjentati biex tintlaħaq l-isfida li tinżamm konverġenza sostenibbli, u b’mod partikolari konverġenza tal-inflazzjoni, tal-ekonomija Kroata għal tul ta’ żmien. Għal dan il-għan, huma jħeġġu lill-awtoritajiet Kroati biex ikomplu jsegwu politika fiskali li timmira biex tinkiseb pożizzjoni fiskali prudenti fuq perjodu ta’ żmien medju u li jipproċedu bl-implimentazzjoni tal-Pjan għall-Irkupru u r-Reżiljenza tal- Kroazja, sabiex jiżguraw li l-parteċipazzjoni fiż-żona tal-euro tirnexxi.

    (3)

    Il-Membri tal-Kunsill li jirrappreżentaw l-Istati Membri li għandhom bħala munita l-euro jistennew li l-Kroazja tikkoopera b’mod kostruttiv f’materji li jagħmlu parti mill-governanza tal-Mekkaniżmu Ewropew ta’ Stabbiltà, il-ġestjoni tal-kriżijiet fiż-żona euro u t-twettiq tal-istruttura tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja,

    B’DAN JIRRAKKOMANDAW LILL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA:

    Id-deroga fir-rigward tal-Kroazja skont it-tifsira tal-Artikolu 139(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea kif imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Att ta’ Adeżjoni tal-2012 (1) għandha titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ġunju 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    B. LE MAIRE


    (1)  ĠU L 112, 24.4. 2012, p. 21.


    Top