EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10762

Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10762 – H&F / IRI) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 223/04

PUB/2022/584

ĠU C 223, 8.6.2022, p. 48–49 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

8.6.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 223/48


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10762 – H&F / IRI)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2022/C 223/04)

1.   

Fl-24 ta’ Mejjy 2022, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Hellman & Friedman Capital Partners X, L.P. u l-fondi paralleli tagħha (“H&F”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

NPD Group, L.P., kumpanija tal-portafoll ikkontrollata minn Hellman & Friedman (“NPD”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Information Resources, Inc. (“IRI”, l-Istati Uniti tal-Amerka).

H&F takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv indirett ta’ IRI permezz ta’ ftehim ta’ fużjoni ta’ IRI ma’ NPD.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

H&F: ditta ta’ ekwità privata;

NPD: kumpanija ta’ riċerka tas-suq,

IRI: kumpanija tar-riċerka tas-suq li tipprovdi informazzjoni u analiżi tal-konsumaturi, tax-xerrejja u tas-suq bl-imnut iffokati fuq oġġetti ppakkjati għall-konsumatur.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

M.10762 - H&F / IRI

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).


Top