Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10571

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10571 – HSBC SINGAPORE / TEMASEK / JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 167/08

    PUB/2022/385

    ĠU C 167, 21.4.2022, p. 34–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/34


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10571 – HSBC SINGAPORE / TEMASEK / JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2022/C 167/08)

    1.   

    Fil-11 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    HSBC Bank (Singapore) Limited (“HSBC Singapore”, Singapore), posseduta totalment minn HSBC Holdings plc (“HSBC”, ir-Renju Unit),

    Kovan Investments Pte. Ltd. (“Kovan”, Singapore), posseduta totalment minn Temasek Holdings (Private) Limited (“Temasek”, Singapore),

    Sustainable Infrastructure Capital PTE. Ltd (“Impriża Konġunta”, Singapore).

    HSBC Singapore u Kovan se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab tal-Impriża Konġunta b’funzjoni sħiħa.

    Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    HSBC hija kumpanija ta’ servizzi bankarji u finanzjarji li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Londra, ir-Renju Unit. HSBC hija maqsuma fi tliet linji operatorji primarji: Servizzi Bankarji tal-Ġid Personali (WPB); Servizzi Bankarji Kummerċjali (CMB) u Servizzi Bankarji u Swieq Globali (GBM). Kemm CMB kif ukoll GBM joffru servizzi bankarji korporattivi lil klijenti korporattivi u istituzzjonali ta’ daqsijiet differenti.

    Temasek hija kumpanija ta’ investiment li għandha l-kwartieri ġenerali tagħha f’Singapore, prinċipalment attiva f’Singapore u fil-bqija tal-Asja. Il-portafoll globali ta’ Temasek ikopri firxa wiesgħa ta’ industriji: servizzi finanzjarji; it-telekomunikazzjoni, il-midja u t-teknoloġija; it-trasport u l-industrija; il-konsumatur u l-proprjetà immobbli; kif ukoll ix-xjenzi tal-ħajja u agroalimentari.

    L-Impriża Konġunta hija impriża konġunta b’funzjoni sħiħa f’żona ġdida li għandha tiġi stabbilita f’Singapore li se tipprovdi finanzjament b’dejn għal proġetti ta’ infrastruttura sostenibbli f’setturi bħall-enerġija rinnovabbli, il-ħażna tal-enerġija, l-ilma u l-iskart (il-ġestjoni tal-ilma mormi u tal-iskart solidu) u t-trasport sostenibbli fl-Asja, b’enfasi inizjali fuq ix-Xlokk tal-Asja.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont in-Notifika tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’din in-Notifika.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

    M.10571 – HSBC SINGAPORE / TEMASEK / JV

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top