Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52022M10634

    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10634 – CVC / GAMING1) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2022/C 167/07

    PUB/2022/376

    ĠU C 167, 21.4.2022, p. 32–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    21.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 167/32


    Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10634 – CVC / GAMING1)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2022/C 167/07)

    1.   

    Fil-11 ta’ April 2022, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    CVC Capital Partners SICAV-FIS S.A (“CVC”, il-Lussemburgu),

    Ċerti entitajiet li jappartjenu għall-grupp Gaming1 (il-“mira”, il-Belġju).

    CVC takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll tal-intier tal-impriża fil-mira.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    CVC: Fond ta’ ekwità privata li jipprovdi pariri dwar l-investiment lil fondi ta’ investiment u jimmaniġġja investimenti f’isimhom. CVC tippossjedi interessi f’kumpaniji f’diversi industriji, inklużi dawk konnessi mas-sustanzi kimiċi, mal-utilitajiet, il-manifattura, il-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni.

    Il-kumpanija fil-mira hija s-sid ta’ każinos tradizzjonali, swali tal-logħob u aġenziji tal-imħatri fil-Belġju, fi Franza u fl-Iżvizzera, u hija attiva fl-operat ta’ siti web tal-logħob tal-azzard online (każinos u mħatri fuq l-isports) u applikazzjonijiet mobbli fil-Belġju, Malta, il-Portugall, Franza, l-Iżvizzera, Spanja, is-Serbja, il-Kolombja u l-Istati Uniti.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi speċifikata dejjem:

    M.10634 – CVC / GAMING1

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ ittra elettronika, bil-fax jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Indirizz Elettroniku: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (“ir-Regolament dwar l-Għaqdiet”).


    Top