Elija las funciones experimentales que desea probar

Este documento es un extracto de la web EUR-Lex

Documento 62022TN0085

    Kawża T-85/22: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2022 – Korporaciya “Masternet” vs EUIPO – Stayer Ibérica (STAYER)

    ĠU C 158, 11.4.2022, p. 11/12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU C 158, 11.4.2022, p. 9/10 (GA)

    11.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 158/11


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Frar 2022 – Korporaciya “Masternet” vs EUIPO – Stayer Ibérica (STAYER)

    (Kawża T-85/22)

    (2022/C 158/14)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: ZAO Korporaciya “Masternet” (Moska, ir-Russja) (rappreżentant: N. Bürglen, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Stayer Ibérica, SA (Pinto, Spanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “STAYER” – Trade mark tal-Unjoni Nru 9 498 395

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ kanċellazzjoni

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ Diċembru 2021 fil-Każ R 932/2021-1

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 15 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) 207/2009.


    Arriba