This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D0331(01)
Council Decision of 29 March 2022 appointing the members and alternate members of the Advisory Committee on Safety and Health at Work for Czechia, France and Sweden 2022/C 143/02
Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għaċ-Ċekja, Franza u l-Iżvezja 2022/C 143/02
Deċiżjoni tal-Kunsill tad-29 ta’ Marzu 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għaċ-Ċekja, Franza u l-Iżvezja 2022/C 143/02
ST/6965/2022/INIT
ĠU C 143, 31.3.2022, p. 3–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
31.3.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 143/3 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL
tad-29 ta’ Marzu 2022
li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għaċ-Ċekja, Franza u l-Iżvezja
(2022/C 143/02)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-22 ta’ Lulju 2003 li tistabbilixxi Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3 tagħha,
Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,
Billi:
(1) |
Permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tal-24 ta’ Frar 2022 (2), il-Kunsill ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu mill-1 ta’ Marzu 2022 sat-28 ta’ Frar 2025. |
(2) |
Il-gvernijiet taċ-Ċekja, Franza u l-Iżvezja ppreżentaw aktar nomini għal diversi postijiet li għandhom jimtlew, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħtura membri u membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol għall-perijodu li jintemm fit-28 ta’ Frar 2025:
I. RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN
Stat Membru |
Membru |
Membri supplenti |
Franza |
Is-Sa Anne AUDIC |
Is-Sur Nicolas BESSOT Is-Sa Lucie MEDIAVILLA |
l-Iżvezja |
Is-Sa Anne-Sofie DALENG |
Is-Sa Viktoria BERGSTRÖM Is-Sur Magnus FALK |
II. RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE-UNIONS
Stat Membru |
Membru |
Membri supplenti |
iċ-Ċekja |
Is-Sur Jiří VAŇÁSEK |
Is-Sa Radka SOKOLOVÁ |
Franza |
Is-Sur Abderrafik ZAIGOUCHE |
Is-Sa Edwina LAMOUREUX Is-Sur Jean-Paul ZERBIB |
l-Iżvezja |
Is-Sa Cyrene WAERN |
Is-Sa Karin FRISTEDT Is-Sa Ulrika HAGSTRÖM |
III. RAPPREŻENTANTI TA’ MIN IĦADDEM
Stat Membru |
Membru |
Membri supplenti |
iċ-Ċekja |
Is-Sur Miroslav HORKÝ |
Is-Sur Martin RÖHRICH Is-Sa Martina KROUPOVÁ |
Franza |
Is-Sur Franck GAMBELLI |
Is-Sa Nathalie BUET Is-Sur Patrick LEVY |
l-Iżvezja |
Is-Sa Cecilia ANDERSSON |
Is-Sa Malin NILSSON Is-Sur Tommy LARSSON |
Artikolu 2
Il-Kunsill għandu jaħtar il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx innominati f’data aktar tard.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Marzu 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
A. TAQUET
(1) ĠU C 218, 13.9.2003, p. 1.
(2) Deċiżjoni tal-Kunsill tal-24 ta’ Frar 2022 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat ta’ Konsulenza dwar is-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol (ĠU C 92, 25.2.2022, p. 1).