Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TB0616(01)

    Kawża T-616/19 REV: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2021 – Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (“Proċedura – Talba għal reviżjoni – Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti ta’ oppożizzjoni – Rikors kontra deċiżjoni tal-EUIPO li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark – Irtirar tal-oppożizzjoni li seħħ qabel in-notifika tad-digriet li jiċħad ir-rikors – Fatt mhux magħruf mir-rikorrent u mill-Qorti Ġenerali – Reviżjoni tad-digriet – Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    ĠU C 462, 15.11.2021, p. 43–43 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 462/43


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Settembru 2021 – Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND)

    (Kawża T-616/19 REV) (1)

    (“Proċedura - Talba għal reviżjoni - Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Rikors kontra deċiżjoni tal-EUIPO li tirrifjuta parzjalment ir-reġistrazzjoni ta’ trade mark - Irtirar tal-oppożizzjoni li seħħ qabel in-notifika tad-digriet li jiċħad ir-rikors - Fatt mhux magħruf mir-rikorrent u mill-Qorti Ġenerali - Reviżjoni tad-digriet - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”)

    (2021/C 462/51)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrent: Katjes Fassin GmbH & Co. KG (Emmerich am Rhein, il-Ġermanja) (rappreżentanti: T. Schmitz, S. Stolzenburg-Wiemer, M. Breuer u I. Dimitrov, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: A. Söder, aġent)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjent quddiem il-Qorti Ġenerali: Haribo The Netherlands & Belgium BV (Breda, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. Tiemann u C. Elkemann, avukati)

    Suġġett

    Talba għal reviżjoni tad-digriet tal-10 ta’ Lulju 2020, Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:334).

    Dispożittiv

    1)

    It-talba għal reviżjoni tad-digriet tal-10 ta’ Lulju 2020, Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:334), hija milqugħa.

    2)

    Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors fil-kawża Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19).

    3)

    Kull parti għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-proċedura għal annullament fil-kawża Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19).

    4)

    L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu marbuta mal-proċedura għal reviżjoni.

    5)

    L-EUIPO huwa kkundannat għal nofs l-ispejjeż ta’ Katjes Fassin GmbH & Co. KG marbuta mal-proċedura għal reviżjoni.

    6)

    Katjes Fassin għandha tbati nofs l-ispejjeż rispettivi tagħha marbuta mal-proċedura għal reviżjoni.

    7)

    L-oriġinal ta’ dan id-digriet ser jiġi anness mir-Reġistratur mal-oriġinal tad-digriet tal-10 ta’ Lulju 2020, Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:334).

    8)

    Ir-Reġistratur ser isemmi dan id-digriet fil-marġni tad-digriet tal-10 ta’ Lulju 2020, Katjes Fassin vs EUIPO – Haribo The Netherlands & Belgium (WONDERLAND) (T-616/19, mhux ippubblikat, EU:T:2020:334).


    (1)  ĠU C 363, 28.10.2019.


    Top