Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0777

    Kawża T-777/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – CAPA et vs Il-Kummissjoni (“Għajnuna mill-Istat – Għajnuna individwali favur l-operat ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta – Obbligu ta’ xiri tal-elettriku bi prezz ogħla mill-prezz tas-suq – Proċedura ta’ eżami preliminari – Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet – Rikors għal annullament – Artikolu 1(h) tar-Regolament (UE) 2015/1589 – Kwalità ta’ parti interessata – Impriżi tas-sajd – Stabbiliment ta’ parks fiż-żoni tas-sajd – Relazzjoni ta’ kompetizzjoni – Assenza – Riskju ta’ effett fuq l-interessi tal-impriżi tas-sajd bl-għoti tal-għajnuna kontenzjuża – Assenza – Nuqqas ta’ effett dirett u individwali – Inammissibbiltà”)

    ĠU C 462, 15.11.2021, p. 37–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 462/37


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2021 – CAPA et vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-777/19) (1)

    (“Għajnuna mill-Istat - Għajnuna individwali favur l-operat ta’ parks eoliċi lil hinn mill-kosta - Obbligu ta’ xiri tal-elettriku bi prezz ogħla mill-prezz tas-suq - Proċedura ta’ eżami preliminari - Deċiżjoni li ma jitqajmux oġġezzjonijiet - Rikors għal annullament - Artikolu 1(h) tar-Regolament (UE) 2015/1589 - Kwalità ta’ parti interessata - Impriżi tas-sajd - Stabbiliment ta’ parks fiż-żoni tas-sajd - Relazzjoni ta’ kompetizzjoni - Assenza - Riskju ta’ effett fuq l-interessi tal-impriżi tas-sajd bl-għoti tal-għajnuna kontenzjuża - Assenza - Nuqqas ta’ effett dirett u individwali - Inammissibbiltà”)

    (2021/C 462/43)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Coopérative des artisans pêcheurs associés (CAPA) Sarl (Le Tréport, Franza) u l-10 rikorrenti l-oħra, li isimhom jidher fl-anness (rappreżentant: M. Le Berre, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Stromsky u A. Bouchagiar, aġenti)

    Intervenjenti insostenn tar-rikorrenti: Comité régional des pêches maritimes u des élevages marins des Hauts-de-Franza (CRPMEM) (Boulogne-sur-Mer, Franza), Fonds régional d’organisation du marché du poisson (FROM NORD) (Boulogne-sur-Mer), Organisation de producteurs CME Manche-Mer du Nord (OP CME Manche-Mer du Nord) (Le Portel, Franza) (rappreżentant: A. Durand, avukat)

    Intervenjenti insostenn tal-kovenut: Ir-Repubblika Franċiża (rappreżentanti: E. de Moustier, P. Dodeller u T. Stehelin, aġenti), Ailes Marines SAS (Puteaux, France) (rappreżentanti: M. Petite u A. Lavenir, avukati), Éoliennes Offshore des Hautes Falaises SAS (Pariġi, Franza), Éoliennes Offshore du Calvados SAS (Pariġi), Parc du Banc de Guérande SAS (Pariġi) (rappreżentanti: J. Derenne u D. Vallindas, avukati), Éoliennes en Mer Dieppe Le Tréport SAS (Dieppe, Franza), Éoliennes en Mer Îles d’Yeu et de Noirmoutier SAS (Nantes, Franza) (rappreżentanti: C. Lemaire u A. Azzi, avukati)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2019) 5498 final, tas-26 ta’ Lulju 2019, dwar l-Għajnuna mill-Istat SA.45274 (2016/NN), SA.45275 (2016/NN), SA.45276 (2016/NN), SA.47246 (2017/NN), SA.47247 (2017/NN) u SA.48007 (2017/NN), implimentata mir-Repubblika Franċiża favur sitt parks eoliċi lil hinn mill-kosta (Courseulles-sur-Mer, Fecamp, Saint-Nazaire, il-gżejjer ta’ Yeu u ta’ Noirmoutier, Dieppe u Le Tréport, Saint-Brieuc).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Il-Coopérative des artisans pêcheurs associés (CAPA) Sarl u r-rikorrenti l-oħra li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż.

    3)

    David Bourel u r-rikorrenti l-oħra fil-Kawża T-777/19 R li isimhom jidher fl-anness huma kkundannati għall-ispejjeż tal-proċeduri għal miżuri provviżorji.

    4)

    Ir-Repubblika Franċiża, il-comité régional des pêches maritimes et des élevages marins des Hauts-de-France (CRPMEM), il-Fonds régional d’organisation du marché du poisson (FROM NORD), l-Organisation de producteurs CME Manche-Mer du Nord (OP CME Manche-Mer du Nord), Ailes Marines SAS, Éoliennes Offshore des Hautes Falaises SAS, Éoliennes Offshore du Calvados SAS, Parc du Banc de Guérande SAS, Éoliennes en Mer Dieppe Le Tréport SAS u Éoliennes en Mer Îles d’Yeu et de Noirmoutier SAS għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 27, 27.1.2020.


    Top