Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0379

    Kawża C-379/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Østre Landsret – il-Danimarka) – B vs Udlændingenævnet (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija – Deċiżjoni Nru 1/80 – Artikolu 13 – Klawżola ta’ standstill – Restrizzjoni ġdida – Riunifikazzjoni tal-familja ta’ wlied minuri ta’ ħaddiema Torok – Kundizzjoni tal-età – Rekwiżit ta’ raġunijiet speċifiċi sabiex wieħed jibbenefika mir-riunifikazzjoni tal-familja – Raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali – Integrazzjoni b’suċċess – Proporzjonalità)

    ĠU C 462, 15.11.2021, p. 22–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 462/22


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal- Østre Landsret – il-Danimarka) – B vs Udlændingenævnet

    (Kawża C-379/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Ftehim ta’ Assoċjazzjoni KEE-Turkija - Deċiżjoni Nru 1/80 - Artikolu 13 - Klawżola ta’ standstill - Restrizzjoni ġdida - Riunifikazzjoni tal-familja ta’ wlied minuri ta’ ħaddiema Torok - Kundizzjoni tal-età - Rekwiżit ta’ raġunijiet speċifiċi sabiex wieħed jibbenefika mir-riunifikazzjoni tal-familja - Raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali - Integrazzjoni b’suċċess - Proporzjonalità)

    (2021/C 462/23)

    Lingwa tal-kawża: id-Daniż

    Qorti tar-rinviju

    Østre Landsret

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: B

    Konvenut: Udlændingenævnet

    Dispożittiv

    L-Artikolu 13 tad-Deċiżjoni Nru 1/80 tal-Kunsill ta’ Assoċjazzjoni tad-19 ta’ Settembru 1980 dwar l-iżvilupp tal-Assoċjazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u t-Turkija għandu jiġi interpretat fis-sens li miżura nazzjonali li tnaqqas minn 18 sa 15-il sena l-età limitu sabiex il-wild ta’ ħaddiem Tork li jirrisjedi legalment fit-territorju tal-Istat Membru ospitanti jkun jista’ jippreżenta applikazzjoni għar-riunifikazzjoni tal-familja tikkostitwixxi “restrizzjoni ġdida”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Tali restrizzjoni tista’ madankollu tiġi ġġustifikata mill-għan li tiġi ggarantita integrazzjoni b’suċċess taċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi kkonċernati, sakemm il-modalitajiet ta’ implimentazzjoni tagħha ma jmorrux lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan segwit.


    (1)  ĠU C 348, 19.10.2020.


    Top