Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0371

    Kawża C-371/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Peek & Cloppenburg KG, irrappreżentata legalment minn Peek & Cloppenburg Düsseldorf Komplementär B.V. vs Peek & Cloppenburg KG, irrappreżentata legalment minn Van Graaf Management GmbH (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2005/29/KE – Prattiki kummerċjali żleali – Prattiki kummerċjali meqjusa li huma żleali fi kwalunkwe ċirkustanza – Prattiki kummerċjali qarrieqa – L-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I – Azzjonijiet ta’ reklamar – Użu ta’ kontenut editorjali fil-media għall-promozzjoni ta’ prodott – Promozzjoni ffinanzjata mill-kummerċjant innifsu – Kunċett ta’ “finanzjament” – Promozzjoni tal-bejgħ tal-prodotti ta’ min jirreklama u tal-kumpannija editriċi tal-media – “Rapport pubbliċitarju”)

    ĠU C 462, 15.11.2021, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 462/22


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Bundesgerichtshof – il-Ġermanja) – Peek & Cloppenburg KG, irrappreżentata legalment minn Peek & Cloppenburg Düsseldorf Komplementär B.V. vs Peek & Cloppenburg KG, irrappreżentata legalment minn Van Graaf Management GmbH

    (Kawża C-371/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2005/29/KE - Prattiki kummerċjali żleali - Prattiki kummerċjali meqjusa li huma żleali fi kwalunkwe ċirkustanza - Prattiki kummerċjali qarrieqa - L-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I - Azzjonijiet ta’ reklamar - Użu ta’ kontenut editorjali fil-media għall-promozzjoni ta’ prodott - Promozzjoni ffinanzjata mill-kummerċjant innifsu - Kunċett ta’ “finanzjament” - Promozzjoni tal-bejgħ tal-prodotti ta’ min jirreklama u tal-kumpannija editriċi tal-media - “Rapport pubbliċitarju”)

    (2021/C 462/22)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Bundesgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Peek & Cloppenburg KG, irrappreżentata legalment minn Peek & Cloppenburg Düsseldorf Komplementär B.V.

    Konvenut: Peek & Cloppenburg KG, irrappreżentata legalment minn Van Graaf Management GmbH

    Dispożittiv

    L-ewwel sentenza tal-punt 11 tal-Anness I tad-Direttiva 2005/29/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Mejju 2005 dwar prattiċi kummerċjali żleali fin-negozju mal-konsumatur fis-suq intern li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 84/450/KEE, id-Direttivi 97/7/KE, 98/27/KE u 2002/65/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u r-Regolament (KE) Nru 2006/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-promozzjoni ta’ prodott permezz tal-pubblikazzjoni ta’ kontenut editorjali huwa “ffinanzjat” minn kummerċjant, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, meta dan il-kummerċjant jipprovdi korrispettiv li għandu valur patrimonjali għal din il-pubblikazzjoni, kemm jekk din tkun taħt il-forma ta’ ħlas ta’ somma flus jew taħt kull forma oħra, meta teżisti rabta ċerta bejn il-finanzjament hekk mogħti mill-imsemmi kummerċjant u l-imsemmija pubblikazzjoni. Dan huwa b’mod partikolari l-każ fir-rigward tat-tqegħid għad-dispożizzjoni mill-istess kummerċjant ta’ immaġini protetti mid-drittijiet tal-awtur, li fuqhom huma viżibbli l-bini kummerċjali u l-prodotti kkummerċjalizzati minnu.


    (1)  ĠU C 348 tad-19.10.2020.


    Top