This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0350
Case C-350/20: Judgment of the Court (Grand Chamber) of 2 September 2021 (request for a preliminary ruling from the Corte costituzionale — Italy) — O.D. and Others v Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) (Reference for a preliminary ruling — Directive 2011/98/EU — Rights for third-country workers who hold single permits — Article 12 — Right to equal treatment — Social security — Regulation (EC) No 883/2004 — Coordination of social security systems — Article 3 — Maternity and paternity benefits — Family benefits — Legislation of a Member State excluding third-country nationals holding a single permit from entitlement to a childbirth allowance and a maternity allowance)
Kawża C-350/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte costituzionale – l-Italja) – O.D. et vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Direttiva 2011/98/UE – Drittijiet għall-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi detenturi ta’ permess uniku – Artikolu 12 – Dritt għall-ugwaljanza fit-trattament – Sigurtà soċjali – Regolament (KE) Nru 883/2004 – Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali – Artikolu 3 – Benefiċċji tal-maternità u tal-paternità – Benefiċċji tal-familja – Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi detenturi ta’ permess uniku mill-benefiċċju ta’ allowance tat-twelid u ta’ allowance tal-maternità)

ĠU C 462, 15.11.2021, p. 21–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 462/21 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Awla Manja) tat-2 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Corte costituzionale – l-Italja) – O.D. et vs Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
(Kawża C-350/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Direttiva 2011/98/UE - Drittijiet għall-ħaddiema ta’ pajjiżi terzi detenturi ta’ permess uniku - Artikolu 12 - Dritt għall-ugwaljanza fit-trattament - Sigurtà soċjali - Regolament (KE) Nru 883/2004 - Koordinazzjoni tas-sistemi ta’ sigurtà soċjali - Artikolu 3 - Benefiċċji tal-maternità u tal-paternità - Benefiċċji tal-familja - Leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li teskludi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi detenturi ta’ permess uniku mill-benefiċċju ta’ allowance tat-twelid u ta’ allowance tal-maternità)
(2021/C 462/21)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte costituzionale
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: O.D., R.I.H.V., B.O., F.G., M.K.F.B., E.S., N.P., S.E.A.
Konvenut: Istituto nazionale della previdenza sociale (INPS)
fil-prezenza ta’: Presidenza del Consiglio dei Ministri
Dispożittiv
L-Artikolu 12(1)(e) tad-Direttiva 2011/98/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar proċedura ta’ applikazzjoni unika għal permess uniku għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi sabiex jirrisjedu u jaħdmu fit-territorju ta’ Stat Membru u dwar ġabra komuni ta’ drittijiet għal ħaddiema ta’ pajjiżi terzi residenti legalment fi Stat Membru għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi liċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi msemmija fl-Artikolu 3(1)(b) u (c) ta’ din id-direttiva mill-benefiċċju ta’ allowance tat-twelid u ta’ allowance tal-maternità previsti minn din il-leġiżlazzjoni.