This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62020CA0033
Joined Cases C-33/20, C-155/20 and C-187/20: Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 9 September 2021 (requests for a preliminary ruling from the Landgericht Ravensburg — Germany) — UK v Volkswagen Bank GmbH (C-33/20), RT, SV, BC v Volkswagen Bank GmbH, Skoda Bank, succursale de Volkswagen Bank GmbH (C-155/20), JL, DT v BMW Bank GmbH, Volkswagen Bank GmbH (C-187/20) (Reference for a preliminary ruling — Consumer protection — Directive 2008/48/EC — Consumer credit — Article 10(2) — Information which must be included in the agreement — Obligation to state the type of credit, the duration of the credit agreement, the rate of interest on arrears and the mechanism for adjusting the rate of interest on arrears applicable at the time of conclusion of the credit agreement — Change in the default interest rate in the light of a change in the base interest rate determined by the central bank of a Member State — Compensation due in the event of early repayment of the loan — Obligation to specify the method of calculating the change to the default interest rate and the compensation — No obligation to mention the possibilities for terminating the credit agreement provided for by national rules but not by Directive 2008/48 — Article 14(1) — Right of withdrawal exercised by the consumer on the basis of a failure to make a compulsory indication under Article 10(2) — Exercise outside the time limit — Prohibition on the creditor raising a plea of forfeiture or the plea of abuse of rights)
Kawżi Magħquda C-33/20, C-155/20 u C-187/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Ravensburg – il-Ġermanja) – UK vs Volkswagen Bank GmbH (C-33/20), RT, SV, BC vs Volkswagen Bank GmbH, Skoda Bank, fergħa ta’ Volkswagen Bank GmbH (C-155/20), JL, DT vs BMW Bank GmbH, Volkswagen Bank GmbH (C-187/20) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2008/48/KE – Kreditu għall-konsumatur – Artikolu 10(2) – Informazzjoni li għandha tidher b’mod obbligatorju fil-kuntratt – Obbligu li tingħata informazzjoni dwar it-tip ta’ kreditu, it-tul tal-kuntratt ta’ kreditu, ir-rata tal-interessi moratorji u l-mekkaniżmu għall-aġġustament tar-rata tal-interessi moratorji applikabbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu – Bidla fir-rata tal-interessi moratorji li tiddependi mill-bidla fir-rata tal-interessi bażika ddeterminata mill-bank ċentrali ta’ Stat Membru – Kumpens dovut fil-każ ta’ rimbors antiċipat tas-self – Obbligu li jiġi speċifikat il-metodu tal-kalkolu tal-bidla fir-rata tal-interessi moratorji u tal-kumpens – Nuqqas ta’ obbligu li tingħata informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta’ xoljiment tal-kuntratt ta’ kreditu li huma previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali iżda li ma humiex previsti fid-Direttiva 2008/48 – Artikolu 14(1) – Dritt ta’ rtirar eżerċitat mill-konsumatur fuq il-bażi tan-nuqqas li tingħata informazzjoni obbligatorja taħt l-Artikolu 10(2) – Eżerċizzju wara t-terminu – Projbizzjoni, għall-kreditur, li jqajjem eċċezzjoni ta’ dekadenza jew ta’ abbuż ta’ dritt)
Kawżi Magħquda C-33/20, C-155/20 u C-187/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Ravensburg – il-Ġermanja) – UK vs Volkswagen Bank GmbH (C-33/20), RT, SV, BC vs Volkswagen Bank GmbH, Skoda Bank, fergħa ta’ Volkswagen Bank GmbH (C-155/20), JL, DT vs BMW Bank GmbH, Volkswagen Bank GmbH (C-187/20) (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Protezzjoni tal-konsumaturi – Direttiva 2008/48/KE – Kreditu għall-konsumatur – Artikolu 10(2) – Informazzjoni li għandha tidher b’mod obbligatorju fil-kuntratt – Obbligu li tingħata informazzjoni dwar it-tip ta’ kreditu, it-tul tal-kuntratt ta’ kreditu, ir-rata tal-interessi moratorji u l-mekkaniżmu għall-aġġustament tar-rata tal-interessi moratorji applikabbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu – Bidla fir-rata tal-interessi moratorji li tiddependi mill-bidla fir-rata tal-interessi bażika ddeterminata mill-bank ċentrali ta’ Stat Membru – Kumpens dovut fil-każ ta’ rimbors antiċipat tas-self – Obbligu li jiġi speċifikat il-metodu tal-kalkolu tal-bidla fir-rata tal-interessi moratorji u tal-kumpens – Nuqqas ta’ obbligu li tingħata informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta’ xoljiment tal-kuntratt ta’ kreditu li huma previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali iżda li ma humiex previsti fid-Direttiva 2008/48 – Artikolu 14(1) – Dritt ta’ rtirar eżerċitat mill-konsumatur fuq il-bażi tan-nuqqas li tingħata informazzjoni obbligatorja taħt l-Artikolu 10(2) – Eżerċizzju wara t-terminu – Projbizzjoni, għall-kreditur, li jqajjem eċċezzjoni ta’ dekadenza jew ta’ abbuż ta’ dritt)
ĠU C 462, 15.11.2021, p. 15–17
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
15.11.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 462/15 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Landgericht Ravensburg – il-Ġermanja) – UK vs Volkswagen Bank GmbH (C-33/20), RT, SV, BC vs Volkswagen Bank GmbH, Skoda Bank, fergħa ta’ Volkswagen Bank GmbH (C-155/20), JL, DT vs BMW Bank GmbH, Volkswagen Bank GmbH (C-187/20)
(Kawżi Magħquda C-33/20, C-155/20 u C-187/20) (1)
(Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Protezzjoni tal-konsumaturi - Direttiva 2008/48/KE - Kreditu għall-konsumatur - Artikolu 10(2) - Informazzjoni li għandha tidher b’mod obbligatorju fil-kuntratt - Obbligu li tingħata informazzjoni dwar it-tip ta’ kreditu, it-tul tal-kuntratt ta’ kreditu, ir-rata tal-interessi moratorji u l-mekkaniżmu għall-aġġustament tar-rata tal-interessi moratorji applikabbli fil-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kreditu - Bidla fir-rata tal-interessi moratorji li tiddependi mill-bidla fir-rata tal-interessi bażika ddeterminata mill-bank ċentrali ta’ Stat Membru - Kumpens dovut fil-każ ta’ rimbors antiċipat tas-self - Obbligu li jiġi speċifikat il-metodu tal-kalkolu tal-bidla fir-rata tal-interessi moratorji u tal-kumpens - Nuqqas ta’ obbligu li tingħata informazzjoni dwar il-possibbiltajiet ta’ xoljiment tal-kuntratt ta’ kreditu li huma previsti fil-leġiżlazzjoni nazzjonali iżda li ma humiex previsti fid-Direttiva 2008/48 - Artikolu 14(1) - Dritt ta’ rtirar eżerċitat mill-konsumatur fuq il-bażi tan-nuqqas li tingħata informazzjoni obbligatorja taħt l-Artikolu 10(2) - Eżerċizzju wara t-terminu - Projbizzjoni, għall-kreditur, li jqajjem eċċezzjoni ta’ dekadenza jew ta’ abbuż ta’ dritt)
(2021/C 462/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landgericht Ravensburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: UK (C-33/20), RT, SV, BC (C-155/20), JL, DT (C-187/20)
Konvenuti: Volkswagen Bank GmbH (C-33/20), Volkswagen Bank GmbH, Skoda Bank, fergħa ta’ Volkswagen Bank GmbH (C-155/20), BMW Bank GmbH, Volkswagen Bank GmbH (C-187/20)
Dispożittiv
1) |
L-Artikolu 10(2)(a), (ċ) u (e) tad-Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE għandu jiġi interpretat fis-sens li, meta dan ikun il-każ, il-kuntratt ta’ kreditu għandu jindika b’mod ċar u konċiż li huwa “kuntratt ta’ kreditu konness”, fis-sens tal-Artikolu 3(n) ta’ din id-direttiva, u li dan il-kuntratt huwa konkluż għal żmien determinat. |
2) |
L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeżiġix li “kuntratt ta’ kreditu konness”, fis-sens tal-Artikolu 3(n) ta’ din id-direttiva, li jservi esklużivament għall-finanzjament ta’ kuntratt dwar il-provvista ta’ prodott u li jipprevedi li l-ammont tal-kreditu jitħallas lill-bejjiegħ ta’ dan il-prodott, għandu jindika li l-konsumatur huwa meħlus mill-obbligu tiegħu li jħallas il-prezz tal-bejgħ sal-livell tal-ammont imħallas u li l-bejjiegħ, kemm-il darba l-prezz tal-bejgħ ikun tħallas kompletament, għandu jikkunsinnalu l-prodott mixtri. |
3) |
L-Artikolu 10(2)(l) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kuntratt ta’ kreditu għandu jindika, fil-forma ta’ perċentwali konkreta, ir-rata tal-interessi moratorji applikabbli fil-mument tal-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt u għandu jiddeskrivi b’mod konkret il-mekkaniżmu għall-aġġustament tar-rata tal-interessi moratorji. Fil-każ li l-partijiet fil-kuntratt ta’ kreditu inkwistjoni jkunu ftiehmu li r-rata tal-interessi moratorji għandha tinbidel skont il-bidla fir-rata tal-interessi bażika ddeterminata mill-bank ċentrali ta’ Stat Membru u ppubblikata f’ġurnal uffiċjali li jkun jista’ jiġi kkonsultat b’mod faċli, riferiment, magħmul f’dan il-kuntratt, għall-imsemmija rata tal-interessi bażika huwa suffiċjenti, bil-kundizzjoni li l-metodu tal-kalkolu tar-rata tal-interessi moratorji skont ir-rata tal-interessi bażika jkun ippreżentat fl-imsemmi kuntratt. F’dan ir-rigward, għandhom jiġu osservati żewġ kundizzjonijiet. Fl-ewwel lok, il-preżentazzjoni ta’ dan il-metodu ta’ kalkolu għandha tkun tista’ tinftiehem faċilment minn konsumatur medju li ma jkollux għarfien speċjalizzat fil-qasam finanzjarju u għandha tippermettilu jikkalkola r-rata tal-interessi moratorji fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija fl-istess kuntratt. Fit-tieni lok, il-frekwenza tal-bidla fl-imsemmija rata tal-interessi bażika, li hija ddeterminata mid-dispożizzjonijiet nazzjonali, għandha tiġi ppreżentata wkoll fil-kuntratt ta’ kreditu inkwistjoni. |
4) |
L-Artikolu 10(2)(r) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kuntratt ta’ kreditu għandu, fir-rigward tal-kalkolu tal-kumpens dovut fil-każ ta’ rimbors antiċipat tas-self, jindika l-metodu tal-kalkolu ta’ dan il-kumpens b’mod konkret u b’mod li jinftiehem faċilment minn konsumatur medju, b’tali mod li dan tal-aħħar ikun jista’ jiddetermina l-ammont tal-kumpens dovut fil-każ ta’ rimbors antiċipat fuq il-bażi tal-informazzjoni mogħtija f’dan il-kuntratt. |
5) |
L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jeżiġix li l-kuntratt ta’ kreditu jindika s-sitwazzjonijiet kollha li fihom dritt ta’ xoljiment huwa rrikonoxxut lill-partijiet fil-kuntratt ta’ kreditu mil-leġiżlazzjoni nazzjonali biss, u mhux minn din id-direttiva. |
6) |
L-Artikolu 14(1) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi li l-kreditur iqajjem eċċezzjoni bbażata fuq id-dekadenza ta’ dritt meta l-konsumatur jeżerċita d-dritt ta’ rtirar tiegħu konformement ma’ din id-dispożizzjoni, fil-każ li waħda mill-indikazzjonijiet obbligatorji previsti fl-Artikolu 10(2) ta’ din id-direttiva ma kinitx tinsab fil-kuntratt ta’ kreditu u lanqas ma ġiet debitament ikkomunikata iktar tard, u dan irrispettivament minn jekk dan il-konsumatur kienx jaf bl-eżistenza tad-dritt ta’ rtirar tiegħu mingħajr ma jkun responsabbli għall-fatt li ma kienx jaf bih. |
7) |
Id-Direttiva 2008/48 għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi li l-kreditur ikun jista’ jqis b’mod validu li l-konsumatur abbuża mid-dritt ta’ rtirar tiegħu, previst fl-Artikolu 14(1) ta’ din id-direttiva, f’sitwazzjoni fejn waħda mill-indikazzjonijiet obbligatorji previsti fl-Artikolu 10(2) tal-imsemmija direttiva ma kinitx tinsab fil-kuntratt ta’ kreditu u lanqas ma ġiet debitament ikkomunikata iktar tard, u dan irrispettivament minn jekk dan il-konsumatur kienx jaf bl-eżistenza tad-dritt ta’ rtirar tiegħu. |
8) |
L-Artikolu 10(2)(t) tad-Direttiva 2008/48 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kuntratt ta’ kreditu għandu jindika l-informazzjoni essenzjali dwar il-proċeduri extraġudizzjarji kollha ta’ lment jew ta’ rimedju li jkunu disponibbli għall-konsumatur u, jekk ikun il-każ, l-ispejjeż marbuta ma’ kull waħda minnhom, il-fatt li l-ilment jew ir-rimedju għandhom jiġu ppreżentati permezz ta’ ittra jew b’mezz elettroniku, l-indirizz fiżiku jew elettroniku fejn għandhom jiġu indirizzati dan l-ilment jew dan ir-rimedju u l-kundizzjonijiet formali l-oħra li għalihom huma suġġetti dan l-ilment jew dan ir-rikors. Fir-rigward ta’ din l-informazzjoni, sempliċi riferiment, magħmul fil-kuntratt ta’ kreditu, għal regoli proċedurali li jistgħu jiġu kkonsultati fuq l-internet jew għal att jew dokument ieħor dwar il-modalitajiet tal-proċeduri extraġudizzjarji ta’ lment u ta’ rimedju ma huwiex suffiċjenti. |