Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0022

    Kawża C-22/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 91/271/KEE – Artikoli 4, 5, 10 u 15 – Trattament ta’ ilma urban mormi – Trattament sekondarju jew ekwivalenti tal-ilma urban mormi provenjenti minn agglomerazzjonijiet ta’ ċertu daqs – Trattament iktar strett tal-iskariki f’żoni sensittivi – Artikolu 4(3) TUE – Verifika tad-data kkomunikata mill-Istati Membri – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali)

    ĠU C 462, 15.11.2021, p. 14–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 462/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba Awla) tat-2 ta’ Settembru 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs Ir-Renju tal-Isvezja

    (Kawża C-22/20) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 91/271/KEE - Artikoli 4, 5, 10 u 15 - Trattament ta’ ilma urban mormi - Trattament sekondarju jew ekwivalenti tal-ilma urban mormi provenjenti minn agglomerazzjonijiet ta’ ċertu daqs - Trattament iktar strett tal-iskariki f’żoni sensittivi - Artikolu 4(3) TUE - Verifika tad-data kkomunikata mill-Istati Membri - Obbligu ta’ kooperazzjoni leali)

    (2021/C 462/13)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. Manhaweve, C. Hermes, K. Simonsson u E. Ljung Rasmussen, aġenti)

    Konvenut: Ir-Renju tal-Isvezja (rappreżentanti: O. Simonsson, R. Shahsavan Eriksson, C. Meyer-Seitz, M. Salborn Hodgson, H. Shev u H. Eklinder, agenti)

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma żgurax li, qabel ma ġie skarikat, l-ilma mormi provenjenti mill-agglomerazzjonijiet ta’ Lycksele, ta’ Malå u ta’ Pajala kien suġġett għal trattament sekondarju jew għal trattament ekwivalenti, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 91/271/KEE tal-21 ta’ Mejju 1991 dwar it-trattament tal-ilma urban mormi, kif emendata bir-Regolament (KE) Nru 1137/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008, moqri flimkien mal-Artikolu 10 tad-Direttiva 91/271, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008, u

    billi ma pprovdiex, matul il-proċedura prekontenzjuża, lill-Kummissjoni Ewropea l-informazzjoni li kienet teħtieġ sabiex tkun tista’ tevalwa jekk l-impjanti ta’ trattament ta’ ilma mormi tal-agglomerazzjonijiet ta’ Habo u ta’ Töreboda kinux konformi mar-rekwiżiti tad-Direttiva 91/271, kif emendata bir-Regolament Nru 1137/2008, ir-Renju tal-Isvezja naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-Artikolu 4(3) TUE.

    2)

    Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.

    3)

    Il-Kummissjoni Ewropea u r-Renju tal-Isvezja għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.


    (1)  ĠU C 87, 16.03.2020.


    Top