Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62020CA0018

    Kawża C-18/20: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – XY (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni – Politika tal-ażil – Proċedura ta’ għoti tal-protezzjoni internazzjonali – Direttiva 2013/32/UE – Artikolu 40 – Applikazzjoni sussegwenti – Elementi jew fatti ġodda – Kunċett – Ċirkustanzi diġà eżistenti qabel l-għeluq definittiv ta’ proċedura li għandha bħala suġġett applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali preċedenti – Prinċipju ta’ res judicata – Ħtija tal-applikant)

    ĠU C 462, 15.11.2021, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 462/14


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof – l-Awstrija) – XY

    (Kawża C-18/20) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Kontrolli fil-fruntieri, ażil u immigrazzjoni - Politika tal-ażil - Proċedura ta’ għoti tal-protezzjoni internazzjonali - Direttiva 2013/32/UE - Artikolu 40 - Applikazzjoni sussegwenti - Elementi jew fatti ġodda - Kunċett - Ċirkustanzi diġà eżistenti qabel l-għeluq definittiv ta’ proċedura li għandha bħala suġġett applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali preċedenti - Prinċipju ta’ res judicata - Ħtija tal-applikant)

    (2021/C 462/12)

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Verwaltungsgerichtshof

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent): XY

    Fil-Preżenza ta’: Bundesamt für Fremdenwesen und Asyl

    Dispożittiv

    1)

    L-Artikolu 40(2) u (3) tad-Direttiva 2013/32/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ “elementi jew [ta’ fatti] ġodda” li “jitfaċċaw jew ġew ippreżentati mill-l-applikant”, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni, jinkludi l-elementi jew il-fatti li seħħew wara l-għeluq definittiv tal-proċedura li kellha bħala suġġett l-applikazzjoni preċedenti għal protezzjoni internazzjonali kif ukoll l-elementi jew il-fatti li kienu diġà jeżistu qabel l-għeluq tal-proċedura, iżda li ma kinux ġew invokati mill-applikant.

    2)

    L-Artikolu 40(3) tad-Direttiva 2013/32 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-eżami tal-mertu ta’ applikazzjoni sussegwenti għal protezzjoni internazzjonali jista’ jsir fil-kuntest tal-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura li kellha bħala suġġett l-ewwel applikazzjoni, sakemm ir-regoli li japplikaw għal dan il-ftuħ mill-ġdid ikunu konformi mal-Kapitolu II tad-Direttiva 2013/32 u sakemm il-preżentata ta’ din l-applikazzjoni ma tkunx suġġetta għall-osservanza tat-termini ta’ dekadenza.

    3)

    L-Artikolu 40(4) tad-Direttiva 2013/32 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jippermettix lil Stat Membru li ma jkunx adotta atti speċifiċi li jittrasponu din id-dispożizzjoni, jirrifjuta, skont ir-regoli ġenerali ta’ proċedura amministrattiva nazzjonali, li jeżamina l-mertu ta’ applikazzjoni sussegwenti, meta l-elementi jew il-fatti ġodda invokati insostenn ta’ din l-applikazzjoni kienu jeżistu matul il-proċedura li kellha bħala suġġett l-applikazzjoni preċedenti u ma jkunux ġew ippreżentati fil-kuntest ta’ din il-proċedura minħabba ħtija attribwibbli lill-applikant.


    (1)  ĠU C 161, 11.05.2020.


    Top