Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0855

    Kawża C-855/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – G. Sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy (Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) – Direttiva 2006/112/KE – Artikolu 69 – Eżiġibbiltà tal-VAT – Akkwist intra-Komunitarju ta’ karburanti – Obbligu ta’ ħlas antiċipat tal-VAT – Artikolu 206 – Kunċett ta’ “ħlasijiet interim” – Artikolu 273 – Ġbir eżatt tal-VAT u ġlieda kontra l-frodi – Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri)

    ĠU C 462, 15.11.2021, p. 10–10 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    15.11.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 462/10


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tad-9 ta’ Settembru 2021 (talba għal deċiżjoni preliminari tan-Naczelny Sąd Administracyjny – il-Polonja) – G. Sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy

    (Kawża C-855/19) (1)

    (Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) - Direttiva 2006/112/KE - Artikolu 69 - Eżiġibbiltà tal-VAT - Akkwist intra-Komunitarju ta’ karburanti - Obbligu ta’ ħlas antiċipat tal-VAT - Artikolu 206 - Kunċett ta’ “ħlasijiet interim” - Artikolu 273 - Ġbir eżatt tal-VAT u ġlieda kontra l-frodi - Marġni ta’ diskrezzjoni tal-Istati Membri)

    (2021/C 462/08)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: G. Sp. z o.o.

    Konvenut: Dyrektor Izby Administracji Skarbowej w Bydgoszczy

    Dispożittiv

    L-Artikoli 69, 206 u 273 tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE tat-28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 2010/45/UE tat-13 ta’ Lulju 2010, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li timponi obbligu ta’ ħlas tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) fuq l-akkwist intra-Komunitarju ta’ karburanti qabel ma din it-taxxa ssir eżiġibbli, fis-sens ta’ dan l-Artikolu 69.


    (1)  ĠU C 61, 24.2.2020.


    Top