Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0432

    Kawża T-432/21: Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2021 – Sushi&Food Factor vs EUIPO (READY 4YOU)

    ĠU C 357, 6.9.2021, p. 31–31 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 357/31


    Rikors ippreżentat fis-16 ta’ Lulju 2021 – Sushi&Food Factor vs EUIPO (READY 4YOU)

    (Kawża T-432/21)

    (2021/C 357/47)

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Partijiet

    Rikorrent: Sushi&Food Factor sp. z o.o. (Robakowo, il-Polonja) (rappreżentant: J. Gwiazdowska, radca prawny)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea li tinkludi l-elementi verbali “READY 4YOU” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 18 209 237

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-13 ta’ Mejju 2021 fil-Każ R 2321/2020-5

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata u tagħti deċiżjoni definittiva billi tilqa’ r-reġistrazzjoni tal-applikazzjoni għal trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 18 209 237;

    sussidjarjament tannulla d-deċiżjoni kkontestata u terġa’ tibgħat il-kawża sabiex din tiġi eżaminata mill-ġdid.

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż, inklużi l-ispejjeż sostnuti mir-rikorrenti fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell kif ukoll id-Dipartiment tal-Operazzjonijiet tal-EUIPO.

    Motivi invokati

    Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) flimkien mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 94(1) u tal-Artikolu 95(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill;

    Ksur tal-Artikolu 20 u tal-Artikolu 41(1), (2)(a) u (2)(ċ) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, b’mod partikolari tad-dritt għal smigħ, tal-obbligu ta’ motivazzjoni tad-deċiżjonijiet min-naħa tal-amministrazzjoni, kif ukoll tal-prinċipji ta’ amministrazzjoni tajba, ta’ ċertezza legali u ta’ ugwaljanza fit-trattament.


    Top