Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0716

    Kawża T-716/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Interpipe Niko Tube u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant vs Il-Kummissjoni (“Dumping – Importazzjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fir-Russja u fl-Ukrajna – Reviżjonijiet temporanji – Kalkolu tal-valur normali – Spejjeż ta’ bejgħ, spejjeż amministrattivi u spejjeż ġenerali oħra – Bejgħ bejn kumpanniji relatati – Tranżazzjonijiet kummerċjali normali – Entità ekonomika waħda – Artikolu 2(3), (4) u (6) tar-Regolament (UE) 2016/1036 – Prezz tal-esportazzjoni – Aġġustament – Funzjonijiet li jistgħu jiġu assimilati ma’ dawk ta’ aġent li jaħdem fuq il-bażi ta’ kummissjonijiet – Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament 2016/1036 – Żball manifest ta’ evalwazzjoni – Metodu differenti minn dak użat waqt investigazzjoni preċedenti – Artikolu 11(9) tar-Regolament Nru 2016/1036 – Aspettattivi leġittimi – Drittijiet tad-difiża”)

    ĠU C 357, 6.9.2021, p. 21–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    6.9.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 357/21


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Lulju 2021 – Interpipe Niko Tube u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-716/19) (1)

    (“Dumping - Importazzjoni ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw fir-Russja u fl-Ukrajna - Reviżjonijiet temporanji - Kalkolu tal-valur normali - Spejjeż ta’ bejgħ, spejjeż amministrattivi u spejjeż ġenerali oħra - Bejgħ bejn kumpanniji relatati - Tranżazzjonijiet kummerċjali normali - Entità ekonomika waħda - Artikolu 2(3), (4) u (6) tar-Regolament (UE) 2016/1036 - Prezz tal-esportazzjoni - Aġġustament - Funzjonijiet li jistgħu jiġu assimilati ma’ dawk ta’ aġent li jaħdem fuq il-bażi ta’ kummissjonijiet - Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament 2016/1036 - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Metodu differenti minn dak użat waqt investigazzjoni preċedenti - Artikolu 11(9) tar-Regolament Nru 2016/1036 - Aspettattivi leġittimi - Drittijiet tad-difiża”)

    (2021/C 357/32)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Interpipe Niko Tube LLC (Nikopol, l-Ukraina), Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant OJSC (Dnipro, l-Ukraina) (rappreżentant: B. Servais, avukat)

    Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: P. Němečková u G. Luengo, aġenti)

    Suġġett

    Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1295 tal-1 ta’ Awwissu 2019 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1469 li jimponi dazju definittiv antidumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti pajpijiet u tubi mingħajr saldaturi, tal-ħadid jew tal-azzar, li joriġinaw mir-Russja u l-Ukrajna wara rieżami interim parzjali skont l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (UE) 2016/1036 (ĠU 2019, L 204, p. 22).

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Interpipe Niko Tube LLC u Interpipe Nizhnedneprovsky Tube Rolling Plant OJSC huma kkundannati għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 10, 13.1.2020.


    Top