Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0336

    Kawża T-336/21: Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2021 – Mendus vs EUIPO (CENSOR.NET)

    ĠU C 320, 9.8.2021, p. 47–48 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    9.8.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 320/47


    Rikors ippreżentat fil-15 ta’ Ġunju 2021 – Mendus vs EUIPO (CENSOR.NET)

    (Kawża T-336/21)

    (2021/C 320/53)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Iaroslav Mendus (Kiev, l-Ukraina) (rappreżentant: P. Kurcman, lawyer)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CENSOR.NET – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 17 975 929

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-16 ta’ April 2021 fil-Każ R 1225/2020-1

    Talbiet

    Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata għal servizzi li għalihom ġiet irrifjutata r-reġistrazzjoni;

    tannulla d-deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Operazzjonijiet tas-17 ta’ April 2020 fil-proċedura ta’ applikazzjoni Nru 17 975 929 għal servizzi li għalihom ġiet irrifjutata r-reġistrazzjoni;

    tibgħat lura l-kawża lill-EUIPO sabiex ikun jista’ jemenda d-deċiżjoni fuq is-sustanza tal-każ u jirreġistra t-trade mark tal-Unjoni Ewropea Nru 17 975 929 fir-rigward tas-servizzi kollha koperti;

    tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż tal-proċedimenti quddiem id-Diviżjoni tal-Operazzjonijiet, il-Bord tal-Appell u l-Qorti Ġenerali.

    Motiv invokat

    Ksur tal-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


    Top