This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62021TN0179
Case T-179/21: Action brought on 31 March 2021 — QN v Commission
Kawża T-179/21: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2021 – QN vs Il-Kummissjoni
Kawża T-179/21: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2021 – QN vs Il-Kummissjoni
ĠU C 206, 31.5.2021, p. 38–39
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
31.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 206/38 |
Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Marzu 2021 – QN vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-179/21)
(2021/C 206/46)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: QN (rappreżentanti: L. Levi u N. Flandin, avukati)
Konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
Ir-rikorrent jitlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
— |
tannulla iċ-CDR (1) tal-2019; |
— |
sussidjarjament, tannulla iċ-CDR tar-rikorrent sa fejn fih kummenti kkontestati; |
— |
flimkien ma’, u sa fejn huwa neċessarju, tannulla d-deċiżjoni tal-konvenuta li tiċħad l-ilment imressaq mir-rikorrent abbażi tal-Artikolu 90(2) tar-Regolamenti tal-Persunal kontra ċ-ĊDR tal-2019; |
— |
tordna l-kumpens tad-dannu morali li sofra r-rikorrent; u |
— |
tikkundanna lill-konvenuta għall-ispejjeż. |
Motivi u argumenti prinċipali
Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka erba’ motivi.
1. |
L-ewwel motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-obbligu tagħha li tistabbilixxi għanijiet fiċ-CDR. Ir-rikorrent jargumenta wkoll li l-konvenuta wettqet żball manifest ta’ evalwazzjoni u kisret id-dmir tagħha ta’ premura u tal-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba. |
2. |
It-tieni motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal, kisret l-Artikolu 7(3) tad-deċiżjoni tal-konvenuta tas-16 ta’ Diċembru 2013 (2) u tal-Gwida interna tal-konvenuta għal RO (3). Ir-rikorrent jilmenta wkoll li l-konvenuta wettqet żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni u użu ħażin tal-poter tagħha. Huwa allegat ukoll li l-konvenuta kisret id-dmir tagħha ta’ premura u d-dmir tagħha ta’ amministrazzjoni tajba. |
3. |
It-tielet motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 41(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Ir-rikorrent jilmenta wkoll li l-konvenuta kisret ir-regoli tal-oġġettività u tal-imparżjalità. |
4. |
Ir-raba’ motiv ibbażat fuq il-fatt li l-konvenuta kisret l-Artikolu 296(2) TFUE. Ir-rikorrent jargumenta wkoll li l-konvenuta kisret l-Artikolu 25(2) tar-Regolamenti tal-Persunal u l-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. Huwa allegat ukoll li l-konvenuta kisret id-dmir tagħha ta’ motivazzjoni. |
(1) Career Development Report (Rapport dwar l-iżvilupp tal-karriera).
(2) Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16.12.2013 li tistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali għall-implimentazzjoni tal-Artikolu 43 tar-Regolamenti tal-Persunal u li timplimenta l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 44 tar-Regolamenti tal-Persunal [C (2013) 8985 finali].
(3) Direttiva interna tal-Kummissjoni “Djalogu kostruttiv u rapport ġust: gwida għall-uffiċjali li jirrapportaw”.