Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0160

    Kawża T-160/21: Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2021 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Malpricht (APIRETAL)

    ĠU C 206, 31.5.2021, p. 31–32 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.5.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 206/31


    Rikors ippreżentat fil-25 ta’ Marzu 2021 – Laboratorios Ern vs EUIPO – Malpricht (APIRETAL)

    (Kawża T-160/21)

    (2021/C 206/39)

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrent: Laboratorios Ern, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: T. González Martínez, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Ingrid Malpricht (Ludwigshafen, il-Ġermanja)

    Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

    Proprjetarju tat-trade mark kontenzjuża: ir-rikorrent

    Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea “APIRETAL” – Trade mark tal-Unjoni Nru 4 814 158

    Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità

    Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 1004/2020-4

    Talbiet

    Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

    tilqa’ dan l-appell;

    tirrevoka d-deċiżjoni tal-konvenut tal-20 ta’ Marzu 2020;

    tannulla d-deċiżjoni kkontestata tal-20 ta’ Jannar 2021;

    tirrevoka d-dikjarazzjoni ta’ invalidità għal nuqqas ta’ użu tat-trade mark tal-Unjoni Nru 4 814 158 “APERITAL” fir-rigward tal-prodotti kkontestati fil-Klassi 5 filwaqt illi żżomm ir-reġistrazzjoni ta’ dawn il-prodotti (kif ukoll għal “preparazzjonijiet farmaċewtiċi”);

    tikkundanna lill-EUIPO u lill-parti l-oħra fil-proċeduri tal-appell, jekk hija tintervjeni f’dawn il-proċeduri, għall-ispejjeż.

    Motivi invokati

    Interpretazzjoni ħażina tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-eżami tal-kunċett ta’ użu ġenwin tat-trade mark ikkontestata ta’ kwalunkwe wieħed mill-prodotti kkontestati;

    Interpretazzjoni ħażina tal-Artikolu 58(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fl-evalwazzjoni tal-kunċett ta’ raġuni ġġustifikata għan-nuqqas ta’ użu.


    Top