EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019TA0853

Kawża T-853/19: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2021 – Tehrani vs EUIPO – Blue Genes (Earnest Sewn) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea – Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità – Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Earnest Sewn – Dikjarazzjoni ta’ invalidità – Raġuni assoluta għal rifjut – Mala fide – Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li issa sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

ĠU C 206, 31.5.2021, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/22


Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Marzu 2021 – Tehrani vs EUIPO – Blue Genes (Earnest Sewn)

(Kawża T-853/19) (1)

(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea Earnest Sewn - Dikjarazzjoni ta’ invalidità - Raġuni assoluta għal rifjut - Mala fide - Artikolu 52(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li issa sar l-Artikolu 59(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”)

(2021/C 206/27)

Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

Partijiet

Rikorrent: Reza Hossein Khan Tehrani (Nordhorn, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Wiedemann, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: D. Hanf u V. Ruzek, aġenti)

Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Blud Genes, Inc. (Gardena, California, l-Istati Uniti)

Suġġett

Rikors kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Ottubru 2019 (Każ R 531/2018-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Blue Genes u R. Tehrani.

Dispożittiv

1)

Ir-rikors huwa miċħud.

1)

Reza Hossein Khan Tehrani huwa kkundannat għal-ispejjeż.


(1)  ĠU C 54, 17.2.2020.


Top