Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0170

Kawża C-170/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Marzu 2021 – Profi Credit Bulgaria EOOD vs T.I.T.

ĠU C 206, 31.5.2021, p. 17–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

31.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 206/17


Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sofiyski rayonen sad (il-Bulgarija) fil-15 ta’ Marzu 2021 – Profi Credit Bulgaria EOOD vs T.I.T.

(Kawża C-170/21)

(2021/C 206/22)

Lingwa tal-kawża: il-Bulgaru

Qorti tar-rinviju

Sofiyski rayonen sad

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrent: Profi Credit Bulgaria EOOD

Konvenut: T.I.T.

Domandi preliminari

1)

L-Artikolu 6(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li, fi proċeduri li fihom id-debitur ma jipparteċipax sal-ħruġ ta’ ordni ġudizzjarja ta’ ħlas, il-qorti hija meħtieġa teżamina ex officio n-natura inġusta ta’ klawżola kuntrattwali u twarrab l-applikazzjoni tagħha meta jkollha suspett li din il-klawżola hija inġusta?

2)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda: il-qorti nazzjonali hija meħtieġa tirrifjuta kompletament li tagħti deċiżjoni ġudizzjarja li tordna ħlas f’sitwazzjoni fejn parti mill-pretensjonijiet magħmula jkunu bbażati fuq klawżola kuntrattwali inġusta li minnha jirriżulta l-ammont ta’ dawn il-pretensjonijiet?

3)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda u ta’ risposta fin-negattiv għat-tieni domanda: il-qorti nazzjonali hija meħtieġa tirrifjuta parzjalment li tagħti deċiżjoni ġudizzjarja li tordna ħlas, fir-rigward tal-parti tal-pretensjonijiet li jkunu bbażati fuq klawżola kuntrattwali inġusta?

4)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għat-tielet domanda: il-qorti nazzjonali hija meħtieġa – u jekk iva, f’liema kundizzjonijiet – tislet ex officio l-konsegwenzi li joħorġu min-natura inġusta ta’ klawżola meta jkollha informazzjoni li tindika li din il-klawżola tat lok għal ħlas u, b’mod partikolari, tpaċi dan il-ħlas ma’ krediti oħra mhux imħallsa li joħorġu mill-kuntratt?

5)

Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għar-raba’ domanda: il-qorti nazzjonali hija marbuta mill-istruzzjonijiet maħruġa minn istanza superjuri, li skont il-liġi nazzjonali huma vinkolanti għaliha iżda li ma jikkunsidrawx il-konsegwenzi tan-natura inġusta tal-klawżola?


(1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.


Top