Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021CN0155

    Kawża C-155/21: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt (l-Isvezja) fl-10 ta’ Marzu 2021 – Ir-Rerpubblika Taljana vs Athena Investments A/S (li kienet Greentech Energy Systems A/S), NovEnergia II Energy & Environment (SCA) SICAR, NovEnergia II Italian Portfolio SA

    ĠU C 206, 31.5.2021, p. 15–15 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.5.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 206/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Svea hovrätt (l-Isvezja) fl-10 ta’ Marzu 2021 – Ir-Rerpubblika Taljana vs Athena Investments A/S (li kienet Greentech Energy Systems A/S), NovEnergia II Energy & Environment (SCA) SICAR, NovEnergia II Italian Portfolio SA

    (Kawża C-155/21)

    (2021/C 206/19)

    Lingwa tal-kawża: l-Isvediż

    Qorti tar-rinviju

    Svea hovrätt

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Ir-Repubblika Taljana.

    Konvenuti: Athena Investments A/S (li kienet Greentech Energy Systems A/S), NovEnergia II Energy & Environment (SCA) SICAR, NovEnergia II Italian Portfolio SA

    Domandi preliminari

    1)

    It-Trattat tal-Karta tal-Enerġija (1) (TKE) għandu jiġi interpretat fis-sens li il-klawżola ta’ arbitraġġ fl-Artikolu 26 (2) tiegħu, li biha parti kontraenti tagħti l-kunsens tagħha sabiex tissuġġetta għall-proċedura ta’ arbitraġġ internazzjonali tilwima bejn parti kontraenti u investitur ta’ parti kontraenti oħra dwar investiment minn dan tal-aħħar fit-territorju ta’ dik tal-ewwel, tapplika wkoll għal tilwima bejn Stat Membru tal-Unjoni Ewropea, minn naħa, u investitur minn Stat Membru ieħor tal-Unjoni, min-naħa l-oħra?

    Fil-każ li r-risposta li tingħata għall-ewwel domanda tkun fl-affermattiv:

    2)

    l-Artikoli 19 u 4(3) TUE kif ukoll l-Artikoli 267 u 344 TFUE għandhom jiġu interpretati bħala li jipprekludu l-klawżola ta’ arbitraġġ prevista fl-Artikolu 26 TKE jew l-applikazzjoni ta’ din il-klawżola ta’ arbitraġġ meta investitur minn Stat Membru tal-Unjoni jista’, fil-każ ta’ tilwima dwar investiment fi Stat Membru ieħor, jibda, taħt l-Artikolu 26, proċedura kontra l-Istat Membru tal-aħħar quddiem tribunal arbitrali, li dan l-Istat Membru huwa marbut li jaċċetta l-ġurisdizzjoni u d-deċiżjoni tiegħu?

    Fil-każ li r-risposta li tingħata għat-tieni domanda tkun fl-affermattiv:

    3)

    Id-dritt tal-Unjoni, u b’mod partikolari l-prinċipju ta’ supremazija u r-rekwiżit tal-effettività ta’ din il-liġi, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu l-applikazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tipprovdi għal dekadenza, bħat-tieni paragrafu tal-Artikolu 34 tal-Liġi dwar l-Arbitraġġ, jekk din l-applikazzjoni jkollha l-konsegwenzi li parti f’azzjoni għal annullament ta’ deċiżjoni ta’ arbitraġġ ma tkunx tista’ tikkontesta l-eżistenza ta’ ftehim ta’ arbitraġġ validu peress li l-klawżola ta’ arbitraġġ prevista fl-Artikolu 26 TKE jew l-offerta magħmula konformement ma’ dan l-artikolu tkun invalida jew inapplikabbli sa fejn tmur kontra d-dritt tal-Unjoni?


    (1)  Il-Kunsill u Kummissjoni deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni tat-23 ta’ Settembru 1997 rigward il-konklużjoni, mill-Komunitajiet Ewropej, tat-Trattat fuq iċ-Charter ta’ l-Enerġija u l-Protokoll taċ-Charter ta’ l-Enerġija dwar l-effiċjenza fl-enerġija u l-aspetti ambjentali relatati (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 12, Vol. 2, p. 24).

    (2)  Anness 1: It-trattat tal-karta ta’ l-enerġija – Anness 2: Deċiżjonijiet fir-Rigward tat-Trattat tal-Karta ta’ L-Enerġija (ĠU 1994, L 380, p. 24).


    Top