Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62019CA0856

    Kawża C-856/19: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Marzu 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Artikolu 258 TFUE – Direttiva 2011/64/UE – Artikolu 10(2) u (3) – Dazji tas-sisa applikabbli għat-tabakk immanifatturat – Rata tad-dazju tas-sisa globali fuq is-sigaretti li hija inqas mir-rata minima preskritta – Diffikultajiet interni – Theddid ta’ ksur serju tal-ordni pubbliku – Obbligu ta’ kooperazzjoni leali)

    ĠU C 206, 31.5.2021, p. 12–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.5.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 206/12


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-25 ta’ Marzu 2021 – Il-Kummissjoni Ewropea vs L-Ungerija

    (Kawża C-856/19) (1)

    (Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Artikolu 258 TFUE - Direttiva 2011/64/UE - Artikolu 10(2) u (3) - Dazji tas-sisa applikabbli għat-tabakk immanifatturat - Rata tad-dazju tas-sisa globali fuq is-sigaretti li hija inqas mir-rata minima preskritta - Diffikultajiet interni - Theddid ta’ ksur serju tal-ordni pubbliku - Obbligu ta’ kooperazzjoni leali)

    (2021/C 206/14)

    Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż

    Partijiet

    Rikorrent: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: C. Perrin u A. Sipos, aġenti)

    Konvenut: L-Ungerija (rappreżentanti: M. Z. Fehér u G. Koós, aġenti)

    Dispożittiv

    1)

    Billi applikat għas-sigaretti dazju tas-sisa globali li huwa inqas minn 60 % tal-prezz medju ponderat tal-bejgħ tas-sigaretti rrilaxxati għall-konsum u billi ġabret dazju tas-sisa li huwa inqas minn EUR 115 għal kull 1 000 sigarett, u dan wara l-iskadenza tal-perijodu tranżitorju sal-31 ta ’Diċembru 2017, l-Ungerija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 10(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE tal-21 ta’ Ġunju 2011 dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat.

    2)

    L-Ungerija hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 19, 20.1.2020.


    Top