Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10020

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10020 — Korian/VYV/Technosens Evolution) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 154/09

    PUB/2021/319

    ĠU C 154, 30.4.2021, p. 15–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 154/15


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10020Korian/VYV/Technosens Evolution)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2021/C 154/09)

    1.   

    Fit-22 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    Korian Solutions SAS (“Korian Solutions”, Franza), li tappartjeni għall-Groupe Korian (Franza),

    VYV Invest SAS (“VYV Invest”, Franza), li tappartjeni għall-Groupe VYV (Franza),

    Technosens Evolution SAS (“Technosens Evolution”, Franza), ikkontrollata minn Korian Solutions.

    Korian Solutions u VYV jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Technosens Evolution.

    Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ kuntratt jew kwalunkwe mezzi oħrajn.

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    Groupe Korian: grupp attiv fis-servizzi tal-kura u l-kura adattati għall-anzjani u vulnerabbli (djar tal-kura, kliniċi, servizzi ta’ kura assistita u fid-djar) fi Franza, il-Belġju, il-Ġermanja, Spanja, l-Italja u n-Netherlands. Korian Solutions hija l-aġenzija diġitali tal-Groupe Korian u għandha l-għan li tħaffef l-integrazzjoni tas-settur diġitali fl-attivitajiet tagħha.

    Groupe VYV: attur tas-saħħa u tal-protezzjoni soċjali reċiproku fi Franza, li jgħaqqad flimkien attivitajiet li jvarjaw minn assikurazzjoni (assikurazzjoni tas-saħħa, tal-pensjoni u tad-diżabbiltà) sal-provvista ta’ kura (stabbilimenti ta’ kura u servizzi) u attiv ukoll fil-qasam tal-akkomodazzjoni u l-akkomodazzjoni soċjali fi Franza, Spanja, l-Italja u l-Portugall. VYV Invest hija l-investiment strateġiku tal-Groupe VYV.

    Technosens Evolution: intrapriża attiva fir-riċerka, l-iżvilupp u l-installazzjoni ta’ soluzzjonijiet diġitali ergonomiċi għall-faċilitajiet tal-kura tal-anzjani (djar tal-kura, faċilitajiet ta’ assistenza eċċ.) fi Franza.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni Ewropea tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    M.10020 — Korian/VYV/Technosens Evolution

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    Commission européenne

    Direction générale de la concurrence

    Greffe des concentrations

    1049 Bruxelles

    Belgique


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366 tal-14.12.2013, p. 5.


    Top