This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021M10224
Prior notification of a concentration (Case M.10224 — OTPP/Nikky Investments/Logoplaste) Candidate case for simplified procedure (Text with EEA relevance) 2021/C 154/08
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10224 — OTPP/Nikky Investments/Logoplaste) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 154/08
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10224 — OTPP/Nikky Investments/Logoplaste) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 154/08
PUB/2021/320
ĠU C 154, 30.4.2021, p. 14–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 154/14 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10224 — OTPP/Nikky Investments/Logoplaste)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 154/08)
1.
Fit-23 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
— |
Ontario Teachers’ Pension Plan Board (“OTPP”, il-Kanada), |
— |
Nikky Investments S.A. (“Nikky Investments”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn Filipe Maurício de Botton, |
— |
Logoplaste Parent S.à.r.l. (“Logoplaste”, il-Lussemburgu), ikkontrollata minn The Carlyle Group. |
OTTP u Nikky Investments jakkwistaw, fis-sens tal-Artikoli 3(1)(b) u tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Logoplaste.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:
— |
OTPP: l-amministrazzjoni ta’ benefiċċji tal-pensjoni u l-investimenti f’assi ta’ pjan ta’ pensjoni f’isem għalliema attivi u rtirati fil-Provinċja Kanadiża ta’ Ontario, |
— |
Nikky Investments: taħdem bħala’ veikolu tal-investiment u hija proprjetà ta’ membri tal-familja fundatriċi tal-Logoplaste Group, |
— |
Logoplaste: timmanifattura soluzzjonijiet tal-imballaġġ bil-plastik riġidu. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10224 — OTPP/Nikky Investments/Logoplaste
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
European Commission |
Directorate-General for Competition |
Merger Registry |
1049 Bruxelles / Brussel |
BELGIQUE / BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).