Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52021M10208

    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.10208 — The Coca-Cola Company/Coca-Cola HBC/WABI CCH JV) Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE) 2021/C 154/07

    PUB/2021/322

    ĠU C 154, 30.4.2021, p. 12–13 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    30.4.2021   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 154/12


    Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

    (Il-Każ M.10208 — The Coca-Cola Company/Coca-Cola HBC/WABI CCH JV)

    Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    (2021/C 154/07)

    1.   

    Fil-21 ta’ April 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

    Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

    The Coca-Cola Company (“TCCC”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

    Coca-Cola HBC AG (“CCH”, l-Isvizzera),

    WABI CCH B.V. (“WABI CCH JV”, in-Netherlands)

    TCCC u CCH jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ WABI CCH JV.

    Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża bi sħab (joint venture, JV).

    2.   

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    TCCC: proprjetarja ta’ marka tad-ditta mad-dinja kollha u toħroġ liċenzji għal diversi marki tad-ditta użati biex ikunu kummerċjalizzati u biex jinbiegħu xarbiet kummerċjali mhux alkoħoliku; produzzjoni ta’ konċentrat għax-xarbiet u ġulepp, kif ukoll xarbiet lesti,

    CCH: tipproduċi, tikkummerċjalizza u tbigħ xarbiet tad-ditta TCCC u xarbiet oħra fl-UE, fl-Ewrasja u fl-Afrika;

    WABI CCH JV: tipprovdi servzzi tas-suq diġitali li jgħaqqad flimkien bejjiegħa bl-ingrossa, ħwienet, fornituri u konsumaturi ta’ prodotti ppakkeġġati għall-konsumatur.

    3.   

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

    4.   

    Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

    Il-Każ M.10208 — The Coca-Cola Company/Coca-Cola HBC/WABI CCH JV

    Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

    Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

    Faks +32 22964301

    Indirizz postali:

    European Commission

    Directorate-General for Competition

    Merger Registry

    1049 Bruxelles / Brussel

    BELGIQUE / BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

    (2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


    Top