This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52021XG0430(02)
Notice for the attention of the data subjects to whom the restrictive measures provided for in Council Decision 2013/184/CFSP and Council Regulation (EU) No 401/2013 concerning restrictive measures in view of the situation in Myanmar/Burma apply 2021/C 154/04
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma 2021/C 154/04
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma 2021/C 154/04
ĠU C 154, 30.4.2021, p. 5–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
30.4.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 154/5 |
Avviż għall-attenzjoni tas-suġġetti tad-data li għalihom japplikaw il-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Myanmar/Burma
(2021/C 154/04)
Qed tinġibed l-attenzjoni tas-suġġetti tad-data għall-informazzjoni li ġejja f'konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) 2018/1725 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1).
Il-bażi legali għal din l-operazzjoni ta' pproċessar huma d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/184/PESK (2), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/711 (3), u r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 401/2013 (4), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2021/706 (5).
Il-kontrollur ta' din l-operazzjoni ta' pproċessar huwa d-Dipartiment RELEX.1.C fid-Direttorat Ġenerali għar-Relazzjonijiet Esterni - RELEX tas-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill (SĠK), li jista' jiġi kkuntattjat f'dan l-indirizz:
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
Segretarjat Ġenerali |
RELEX.1.C |
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
1048 Bruxelles/Brussel |
BELGIQUE/BELGIË |
Posta elettronika: sanctions@consilium.europa.eu
L-iskop tal-operazzjoni ta' pproċessar huwa l-istabbiliment u l-aġġornament tal-lista ta' persuni soġġetti għal miżuri restrittivi f'konformità mad-Deċiżjoni 2013/184/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni (PESK) 2021/711, u r-Regolament (UE) Nru 401/2013, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) 2021/706.
Is-suġġetti tad-data huma l-persuni fiżiċi li jissodisfaw il-kriterji għall-elenkar kif stipulati fid-Deċiżjoni 2013/184/PESK u r-Regolament (UE) Nru 401/2013.
Id-data personali miġbura tinkludi d-data meħtieġa għall-identifikazzjoni korretta tal-persuna kkonċernata, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u kwalunkwe data oħra relatata ma' dan.
Id-data personali miġbura tista' titqassam skont kif ikun meħtieġ lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna u lill-Kummissjoni.
Mingħajr preġudizzju għar-restrizzjonijiet skont l-Artikolu 25 tar-Regolament (UE) 2018/1725, l-eżerċizzju tad-drittijiet tas-suġġetti tad-data bħad-dritt għal aċċess, kif ukoll id-drittijiet għal rettifika jew għal oġġezzjoni ser jitwieġeb f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
Id-data personali ser tinżamm għal ħames snin minn meta s-suġġett tad-data jkun tneħħa mil-lista ta' persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi jew il-validità tal-miżura tkun skadiet, jew sakemm ikunu fis-seħħ il-proċedimenti tal-qorti f'każ li dawn ikunu nbdew.
Mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rimedju ġudizzjarju, amministrattiv jew mhux ġudizzjarju, is-suġġetti tad-data jistgħu jressqu lment quddiem il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data f'konformità mar-Regolament (UE) 2018/1725.
(1) ĠU L295, 21.11.2018, p. 39.
(2) ĠU L111, 23.4.2013, p. 75.