EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62021TN0118

Kawża T-118/21: Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2021 – Cilem Records International vs EUIPO –KVZ Music (HALIX RECORDS)

ĠU C 128, 12.4.2021, p. 51–52 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

12.4.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 128/51


Rikors ippreżentat fit-22 ta’ Frar 2021 – Cilem Records International vs EUIPO –KVZ Music (HALIX RECORDS)

(Kawża T-118/21)

(2021/C 128/65)

Lingwa tar-rikors: il-Ġermaniż

Partijiet

Rikorrent: Cilem Records International UG (Augsburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: E. Hecht, avukat)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: KVZ Music Ltd (Sofija, il-Bulgarija)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Applikant għat-trade mark kontenzjuża: il-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: it-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea HALIX RECORDS – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 16 288 235

Proċedimenti quddiem l-EUIPO: proċedimenti ta’ oppożizzjoni

Deċiżjoni kkontestata: id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-28 ta’ Jannar 2021 fil-Każ R 1060/2020-4

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-28 ta’ Jannar 2021 u d-deċiżjoni tal-EUIPO tal-25 ta’ Mejju 2020 dwar it-trade mark tal-Unjoni Nru 016288235 u tilqa’ l-oppożizzjoni tar-rikorrenti kontra r-reġistrazzjoni tat-trade mark tal-Unjoni Nru 16288235 tas-17 ta’ April 2017;

sussidjarjament, tannulla d-deċiżjoni kkontestata tat-28 ta’ Jannar 2021 u tibgħat lura l-kawża quddiem il-Bord tal-Appell għal deċiżjoni mill-ġdid;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motiv invokat

Ksur tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill.


Top